Nużaw ‘l ‘AĦNA’ fil-KOLLETTIV għax bil-bosta AĦJAR MILL-‘JIEN’
Ittra minn Dr. Hermann Paul Farrugia
Simon, kif gia’ asserixxejt int fil-Blog tiegħek tal-bieraħ, kemm hu aktar opportun li fil-Politika Nużaw ‘l ‘AĦNA’ , AĦJAR MILL-‘JIEN’ !
Kemm kienu jikkritikaw ‘l-Partit Nazzjonalista fi żmien il-PM Gonzi għax kien jintuza’ s-Slogan ’GONZI PN’. U saffrattant erġajt għaddejt u flejt bosta mid-Diskorsi Pubblići importanti li kien jagħmel kif ukoll is-sensiela ta’ interventi parlamentari tiegħu. U ħaġa tal-iskantament kif ta’ Prim Ministru ġentlom u umli li kien, KONSISTENTEMENT kien jindirizza u jirreferi għal ‘AĦNA’ fil-lingwaġġ politiku tiegħu sabiex jaċċenna għall-ħidma ġovernattiva u sforzi KOLLETTIVI u mhux semplićement dawk li setgħu ġew mifhuma bħala individwalisti anke egoistiċi.
Dr Hermann Paul Farrugia
1 ta’ Settembru 2021