Michelle Attard Tonna, għalliema fl-Universita’ ta’ Malta, tagħmel tagħha allegazzjonijiet mhux minnhom fuqi

Qed nikteb dan l-artiklu għaliex llum, Michelle Attard Tonna, qalet fuq r-radju tal-Universita’, Campus FM li jista’ jkun li jien wara dawn l-ispoofs. Hija kienet qed tirrapporta dak li kien hemm f’paġna 4 tal-gażżetta The Malta Independent dwar l-iSpoof websites. Il-Malta Independent ġabet l-isqarrija li ħarġet għaqda bbażata t-Turkija MFRR dwari. Fuq dan il-fatt ġa kelli ċ-ċans nikteb fil-blog tiegħi għaliex din l-aħbar ġa dehret fil-Lovin Malta u rrispondejtha. Biss mhux etiku għax xi ħadd jagħmel stqarrija kontra akkademiku tal-Universita’ ta’ Malta, din issir aħbar u xi ħaġa minnha u kważi kważi issir affermazzjoni fuq l-istess radju tal-Universita’.

Hawn qed nirreferi għal meta Michelle Attard Tonna ġiet biex titkellem dwar dan is-suġġett ta’ dawn l-ispoofs. Hija qalet li dawn qed ikun ikkreati biex ixerrdu aħbarijiet kontra Manuel Delia u Jason Azzopardi u l-middle man, Melvin Theuma.

Biss dak li qed noġġezzjona għalih huwa fuq dan li ġej. Michelle Attard Tonna kompliet tgħid li dawn il-websites għandhom tema inkomuni – ta’ Daphne Caruana Galizia, imbagħad fost ħafna tlaqliq qalet hekk fuqi:

“fuq paġna erbgħa tal istess ġurnal (jiġifieri l-Malta Independent) fejn naqraw ukoll li kien, eem, kien hemm l-lettur tal-Universita ta’ Malta, Dr. Simon Mercieca li, eem, li ġie allegat li dan b’xi mod qed, eem, jew huwa involut jew, eem, qed jallega li ċertu ġurnalisti huma trolls u qed jippruvaw ixekklu mill-investigazzjoni, eem, fil-fatt dan il-ġurnal qed jirrapporta li wieħed mill-ġurnalisti assistent editur, skużawni mhux tal-Malta Independent imma tat-Times of Malta kien hemm attakk fuqu jista’ jkun b’xi mod Simon Mercieca imdaħħal f’din il-borma f’din it-taħwida tal-ispoofs websites’.

Kif spjegajt qabel l-Malta Independent kienet qed tikkwota x’qalet din l-assoċjazzjoni li ħadd ma jaf biha li qed tipprova tħammiġli ismi. Infakkar li jien qatt ma għidt li l-ġurnalisti qed ixekklu l-investigazzjonijiet. Infakkar li dwar Matthew Xuereb, jien għidt li kien hemm fake profile fuq Facebook ta’ ċerta Marika Galea li kellha email address li jġib l-isem ta’ mattxue2@mail.com u dan il-fake profile kien marbut mad-domain ta’ The Times of Malta li l-isem tal-email address li hu burnemailmatthew@timesofmalta.com.

Biss l-aktar li huwa nkwetanti li Michelle Attard Tonna qalet dan il-kliem fuq l-istazzjon tal-universita’. Jiġifieri qalet “li jista jkun b’xi mod Simon Mercieca imdaħħal f’din il-borma, f’din it-taħwida tal-ispoofs websites”. Dan mhux aċċettabbli aktar u aktar meta l-persuna li qed tgħidhom, tgħallem l-Universita’ fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni. Dan mhux malafama biss għalija imma wkoll għall-Universita’ li naħdem fiha.

Wieħed ma jitkellimx li jista’ jkun xi ħadd huwa involut, għaliex xi assoċjazzjoni li ħadd qatt ma sema’ biha qabel, titfa’ t-tajn fuq in-nies. Jekk xejn din turi l-mentalita’ kolonjali u servili li ċertu nies għandhom li meta xi ħadd barrani jgħid xi ħaġa kontra wieħed Malti, tal-barrani titwemmen.

Għalija dan juri nuqqas ta’ etika kbira fejn qed jingħata n-nar lill-qlajjiet kontra tiegħi li nfakkar li nbdew fost l-oħrajn mill-qassis Joe Borg, Manuel Delia, Jason Azzopardi u Alessandra Dee Crespo.

Min-naħa tiegħi, jien nerġa’ nawgura lill-pulizija li jaslu biex isolvu dan il-każ.

One thought on “Michelle Attard Tonna, għalliema fl-Universita’ ta’ Malta, tagħmel tagħha allegazzjonijiet mhux minnhom fuqi

Leave a Reply

Your email address will not be published.