Il-PN qed jispiċċa jikkopja lil Repubblika anki fil-mod kif jagħmlu l-konferenzi stampa

Blog post minn osservatur politiku

Il-Partit Nazzjonalista jagħmel dak li għamlu Repubblika, għamel konferenza stampa biex ikun ikkopja eżatt lil Repubblika. Jiena niskanta u nitnixxef kif issir konferenza, jkollok tliet kelliema u ħlief jgħajru lill-Gvern dwar dak kollu li ma għamilx ma qalux u mbagħad juri li l-anqas kienu ppreparati.

Hawn qed nirreferi għall-konferenza li kienet immexxija minn Beppe Fenech Adami li ta’ flimkien ma’ Joe Ellis u Paula Mifsud Bonnici. Din il-konferenza stampa kienet dwar l-inkjesta u l-ispoofs li kienu għaddejjin bħal issa fil-media.

Beppe Fenech Adami qal hekk:

Xahar wara l-pubblikazzjoni tal-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, li kkonkludiet li l-Istat għandu jerfa’ r-responsabbilità għal dan l-assassinju, wara li l-Istat stess ħoloq l-impunità fl-ogħla livelli tal-Gvern f’Kastilja, u li nfirxet fl-istituzzjonijijet kollha tal-Pajjiż, Robert Abela baqa’ ma għamel xejn.

Għal darba oħra kellu kull ċans il-kelliem li barra li jikkritika joffri soluzzjonijiet. Bħal kulħadd il-kelliem tal-Partit Nazzjonalista qara r-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta, imma naqas għal darba oħra biex jagħti x’ideat għandhom bħala partit fl-oppożizzjoni biex l-affarijiet neċessarji jiġu mibdula jew introdotti mill-ġdid.

Inutli ssir ħafna kritika meta ebda proposta ma tintagħmel. L-elettorat dak li jrid jisma’. Li tikkritika saret xi ħaġa faċli. Kulħadd kapaċi jagħmilha u verament hawn ħafna mill-poplu Malti u Għawdxi li sar jikteb kull kritika immaġinabbli. Imma l-proposti kulħadd iħallihom għall-partit fil-Gvern u fl-Oppożizzjoni.

Jekk kif qalu dawn il-kelliema li l-Gvern ma għamel xejn, l-Oppożizzjoni x’qed toffri li tagħmel, għajr li twiegħed l-anġli jiżfnu? L-elettorat irid ikun jaf speċifikament x’passi se jittieħdu jekk il-Partit Nazzjonalista jkun fil-Gvern. Joe Ellis kelliem ieħor fuq il-panel li taw il-konferenza, ma tkellem xejn fuq l-inkjesta imma kkonċentra d-diskors tiegħu fuq l-attakk ta’ miżinformazzjoni li għaddej bħalissa fuq kmamar tal-aħbarijiet, ġurnalisti, bloggers etċ.

Qed jiġu ċċirkolati emails u informazzjoni oħra li ma jkunux ġenwini u ntiżi biss biex ixerrdu il-miżinformazzjoni. Għal darba oħra reġa tkellem fuq dak li għaddej fil-pajjiż bħalissa, imma għal darba oħra baqa’, anke dan id-deputat, ma tax xi soluzzjoni li tista’ ssir biex forsi naslu għall-kolpevoli. Anżi lanqas biss kien infurmat li l-Prim Ministru ħareġ jattakka dak li hu għaddej u wera kif u lil min se jqabbad biex jiġġieled din il-miżinformazzjoni li tfaċċat. Wiegħed biss li l-oppożizzjoni lesta li tikkopera u li tattendi l-parlament jekk jinħass il-bżonn. Imma xorta ma nagħtat ebda indikazzjoni ta’ kif din il-problema tista’ tiġi ttakiljata.

Paula Mifsud Bonnici għamlet diskors fejn tkellmet fuq dak li ma sarx mill-Gvern. Reġgħet kritikat lil Robert Abela li mhux kapaċi jkeċċi lil Joseph Muscat. Imma ħalliet kwalunkwe proposti barra għax lanqas hi ma semmiet xejn.

Mela erġajna rajna konferenza stampa negattiva u bla referenza ta’ ħsibijiet li jistgħu jaslu biex jissolvew il-problemi. Lanqas ma għamlet ebda referenza lil min il-pajjiż jista’ jagħti l-inkarigu biex dawn ir-rakkomandazzjonijiet jiġu mdaħħla fis-sistema leġislattiva jew f’istituzzjonijiet rilevanti.

Mifsud Bonnici reġgħet ħalliet kollox fil-futur. Il-Partit Nazzjonalista se jagħmel proposti imma mhux issa, għax forsi ma humiex lesti, imma ngħiduhomkom aktar ‘l quddiem. Il-proposti bżonnjużi issa u ma nħallux xi kandidat ġdid jgħidilna li l-Partit Nazzjonalista mhux se jxandar proposti biex ma jisraqhomx il-partit fil-Gvern.

Lanqas sa hemm ma aħna se naslu skond dan il-kandidat ġdid. Isimigħu x’qalu dawn il-kelliema. Robert Abela huwa ostaġġ ta’ Joseph Muscat, Abela huwa kontinwita’ ta’ Muscat, Abela qed jipproteġi lil Zammit Lewis, Zammit Lewis qed jikkonfoffa ma’ allegat kriminal, għal Abela xejn m’hu xejn, Abela qed iħalli r-reputazzjoni ta’ Malta tkompli titnaqqar, Abela qed jassigura li se nibqgħu fuq il-lista l-griża.

Taf x’qalulna li se jagħmlu – stedina għal diskussjoni mal-Gvern, li l-pulizija ssaħħaħ il-liġijiet tas-cybercrime, li meta jkunu fil-Gvern itemmu l-kultura ta’ impunita’, jirrestawraw il-liberta’ tal-espressjoni, li l-istituzzjonijiet kollha jissaħħu, u jkun hemm użu aħjar tal-fondi pubbliċi.

Imma l-mistoqsija prinċipali hija din – forsi tajjeb li tgħidulna x’se tagħmlu imma għalina l-votanti huwa importanti li nkunu nafu, KIF SE TAGĦMLU DAN KOLLU?

Leave a Reply

Your email address will not be published.