Il-ħniena f’liema redikolaġni wasalna: mela hemmx l-obbliġu tal-ġenituri li jieħdu ħsieb uliedhom taħt l-eta’!

Qed inġib storja ta’ familja fejn it-tifel u anki t-tifla taħt l-eta’ inżammu kwarantina l-bogħod minn ommhom. Dawn affarijiet li ma jitmewnux! L-agħar hu l-fatt li skont kif irrappurtat The Times of Malta, l-omm l-anqas ġiet innotifikata li l-istat ħadilha lill-uliedha. Jekk dan minnu, dawn huma prassi li jsiru fi stati totalitarji

Dak li hu interessanti f’dan l-artiklu huwa li jekk persuna tmur żjara f’pajjiż li mhux tal-EU, allavolja tkun ħadet l-injection, trid xorta toqgħod kwarantina. Jidher li l-esperti tas-saħħa tagħna huma tal-fehma li l-injection kontra l-Covid19 taħdem biss fl-EU! Ovvjament l-iskuża qegħdha fil-komma. Dawn marru f’pajjiż mitqies li huma dark red u allura hawn l-injection mhix aktar effettiva!

Dak li jista’ jingħad li wara li kien hemm din il-pressjoni kollha, dawn it-tfal tħallew joħorġu mill-Hotel f’Tas-Sliema.

Qed inġib link għall-artiklu li deher f’The Times illum.

https://timesofmalta.com/articles/view/my-nine-year-old-was-sent-to-hotel-quarantine-without-me.897340

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *