Bernard Grech irid jieqaf jitkellem dwar “il-jiena” u jibda jitkellem dwar “l-aħna”

Blog post minn osservatur politiku

Segwejt il-konferenza li ta Bernard Grech fejn vara kumitat ġdid bl-isem ta’ PNGreens. Dan il-kumitat se jiffoka fuq l-ambjent u se jiddiskuti s-suġġett ma’ kull min jixtieq jagħti sehemhu. Ħadd pjaċir ninnota li dan il-kumitat se tmexxieh Dr Janice Chetcuti, bniedma li ma għandha bżonn ta’ ebda ntroduzzjoni. Dr Chetcuti hija bniedma li tħobb ħafna l-annimali. Hija wkoll kandidat f’isem il-Partit Nazzjonalista. Persważ li Dr Chetcuti se tkun qed tagħmel biċċa xogħol tajba u tersaq lejn din l-isfida bl-akbar entużjażmu, dedikazzjoni, lealta’ u ntegrita.

Innotajt xi ħaġa fil-kliem ta’ Dr Bernard Grech, li jitkellem ħafna fl-ewwel persuna singular. Dejjem juża l-kelma ‘jiena’ meta jkun qed jirreferi lejn xi ħaġa li tkun qed tiġi mwettqa mill-Partit Nazzjonalista. Kellu bżonn dan l-avukat jinduna li hu mhux persuna waħedha fil-Partit Nazzjonalista. Hemm makkinarju sħiħ għaddej u żgur ma jistax jitkellem fuq kull suġġett qisu qed jagħmel kollox hu. Billi fi kliemu jkun ftit iktar umli ma jkun qed jagħmel xejn ħażin, anżi jkun qed jgħaddi messaġġ li l-Partit huwa team ta’ nies li jaħdmu bħala kollettiv u mhux fuq livell individwali.

One thought on “Bernard Grech irid jieqaf jitkellem dwar “il-jiena” u jibda jitkellem dwar “l-aħna”

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *