Bernard Grech ikompli jiddefendi r-rigali li Jason Azzopardi ħa mingħand it-Tumas Group

Blog post minn osservatur politiku

Segwejt il-konferenza li ta Bernard Grech fejn vara kumitat ġdid bl-isem ta’ PNGreens. Dan il-kumitat se jiffoka fuq l-ambjent u se jiddiskuti s-suġġett ma’ kull min jixtieq jagħti sehemhu. Ħadd pjaċir ninnota li dan il-kumitat se tmexxieh Dr Janice Chetcuti, bniedma li ma għandha bżonn ta’ ebda ntroduzzjoni. Dr Chetcuti hija bniedma li tħobb ħafna l-annimali. Hija wkoll kandidat f’isem il-Partit Nazzjonalista. Persważ li Dr Chetcuti se tkun qed tagħmel biċċa xogħol tajba u tersaq lejn din l-isfida bl-akbar entużjażmu, dedikazzjoni, lealta’ u ntegrita.

Innotajt xi ħaġa fil-kliem ta’ Dr Bernard Grech, li jitkellem ħafna fl-ewwel persuna singular. Dejjem juża l-kelma ‘jiena’ meta jkun qed jirreferi lejn xi ħaġa li tkun qed tiġi mwettqa mill-Partit Nazzjonalista. Kellu bżonn dan l-avukat jinduna li hu mhux persuna waħedha fil-Partit Nazzjonalista. Hemm makkinarju sħiħ għaddej u żgur ma jistax jitkellem fuq kull suġġett qisu qed jagħmel kollox hu. Billi fi kliemu jkun ftit iktar umli ma jkun qed jagħmel xejn ħażin, anżi jkun qed jgħaddi messaġġ li l-Partit huwa team ta’ nies li jaħdmu bħala kollettiv u mhux fuq livell individwali.

Fil-konferenza stampa li l-bieraħ ta’ Bernard Grech, saritlu din il-mistoqsija mill-ġurnalist ta’ One news. Din għamilha Edward James Montebello ta’ ONE News fejn staqsa hekk:

Fl-aħħar jiem ġie żvelat li Jason Azzopardi ħa rigali ġodda minn għand Yorgen Fenech, jigifieri li ħa sala mħallsa fil-lukanda Hilton u qallu oħroġni ta’ nies, jekk kellimtux dwarhom lil Jason Azzopardi dwar dan l-aħħar rigali li ġie żvelat li ħa minn għand Yorgen Fenech?

It-tweġiba ta’ Dr Bernard Grech hija din li ġejja u qed tiġi kwotata kelma b’kelma:

Rigward Jason. Dak li ġie żvelat jidher li jindika xi ħaġa li ġrat jew li forsi ġrat fl-2008. Meta nitkellmu dwar dak illi ta jew ma’ min għandu ħbiberija l-persuna li semmejt, ħa nsemmieh għax semmejtu int, Yorgen Fenech, li nfakkrek illi s’issa għadu għaddej minn proċess legali, dana llum f’dawn iż-żminijiet f’dawn l-aħħar sitt snin, kien f’kuntatt dirett ma’ Ministru Laburista, mhux fl-2008 qed nitkellmu, issa, wara li ġie żvelat illi huwa s-sid ta’ 17Black. U allura dak li inti qed tirreferi għalih żgur bl-ebda mod ma għandu x’jaqsam speċjalment anki meta Jason Azzopardi llum mhuwiex lanqas b’kariga uffiċjali ta’ Ministru pubblika.

Minħabba din is-silta se jkolli nagħmel sfida lil Dr Bernard Grech u ngħidlu jekk għandux il-ħila jgħid dan kollu li qal u jirreferih għal Dr Adrian Delia, li hu daħal biex ħadlu postu. Mela ħa nieħduha biċċa biċċa. Bernard Grech qal li Jason Azzopardi kien imdaħħal f’xi ħaġa li saret fl-2008, jiġifieri 13-il sena ilu. Adrian Delia ġie mixli, u ntużat kontinwament, b’xi ħaġa li saret 17-il sena qabel daħal offiċċjalment fil-politika fl-2013, jiġifieri fl-1996. Mela tajjeb Jason Azzopardi għamel xi ħaġa fl-2008 imma għal Dr Grech ‘żgur bl-ebda mod ma għandu x’jaqsam’ imma dak li qalu fuqu u qatt ma taw prova waħda għal kuntrarju ta’ Jason Azzopardi, dak intuża sal-aħħar ġurnata qabel l-elezzjoni għal kap is-sena l-oħra. Dr Grech eżempju klassiku ta’ two weights two measures.

Dr Grech mic-chats tal-Ministru Zammit Lewis ma’ Yorgen Fenech ma jirriżulta xejn li kien hemm xi rigali. Imma miċ-chats ta’ Jason Azzopardi ma’ Yorgen Fenech kien hemm rigali u int, Dr Grech, għalik dawn l-affarijiet huma skużabbli. Infakkar lil Dr. Bernard Grech li Jason Azzopardi baqa’ jieħu rigali mingħand Yorgen Fenech sa l-elezzjoni tat-2017!

Diffiċli biex naċċetta raġunament bħal dan. Nispera li issa toħroġ tgħid li Dr Adrian Delia ma ħa ebda rigal fl-1996 għax kull ma kien qed jagħmel kien ix-xogħol tiegħu ta’ avukat u kienet biss ta’ pjaċir għal min ried iċappsu lil Dr Delia li għamel narrattiva differenti. Għal darba oħra Dr Grech, two weights two measures. Dr Grech qed jgħid li dak li ħiereġ illum fuq Jason Azzopardi huwa perjodu fejn Azzopardi ma għandux kariga pubblika ta’ Ministru.

Imma ftakar Dr Grech li meta qed tirreferi għalih, jiġifieri fl-2008, Jason Azzopardi kien parti mill-kabinet ta’ Lawrence Gonzi. Allura jekk illum Dr Azzopardi ma għandux kariga pubblika, x’kellu Dr Delia fl-1996 biex baqgħu sejrin bl-insinwazzjonijiet 20 sena wara?

Għal darba oħra Dr Grech, two weights two measures. Dr Grech għamel konferenza stampa biex ivara xi ħaġa ġdida, imma spiċċa jinqabad f’narrattiva li saret f’dawn l-aħħar 4 snin, li kienet qed tirreferi għal 21 sena ilu, li ntużat biex Dr Grech isib postu fuq il-pultruna ta’ Kap. B’din il-konferenza, Dr Grech reġa’ fetaħ ferita ta’ kemm hu ikrah il-gideb, li baqa’ jintuża biex jintlaħaq l-iskop li għalih intqal.

Biss Dr Grech fakkarna wkoll li hu sar kap fuq stejjer antiki numru ta’ snin, li dak in-nhar ħalla lil min jużahom għax hekk kien jaqbillu, u issa fil-konferenza stampa, jgħid li dak li għamel Jason Azzopardi fl-2008 “bl-ebda mod ma għandu x’jaqsam.

Biex tiskonġra trid tkun pur Dr Grech. Tippruvax tgħatti x-xemx bl-għarbiel għal wieħed u tagħmel totalment differenti ma’ ieħor. Dr Grech f’din il-konferenza erggħajt ftaħt xi feriti għax komplejt titfa’ l-melħ fuqhom. Dr Grech id-dnub ma jorqod qatt.

One thought on “Bernard Grech ikompli jiddefendi r-rigali li Jason Azzopardi ħa mingħand it-Tumas Group

Leave a Reply

Your email address will not be published.