The Times iġġib fix-xejn il-kampanja ta’ gideb lin-nies tal-Arċisqof Scicluna kienu qed jagħmlu fuqi u fuq Yorgen Fenech.

Illum erġajt issemmejt f’The Times of Malta minħabba din l-istorja tal-ispoofs. Nixtieq nirringrazzja lil Jessica Arena, il-ġurnalista li kitbet din l-istorja, li għamlet ix-xogħol tagħha u għal mod kif kitbet l-artiklu dwari. Dak li qalet fuqi f’dan l-artiklu kollu minnu.

Issa ħiereġ li Yorgen Fenech mhux involut f’din il-biċċa xogħol. Dak li nista’ ngħid li jien ma għandix x’naqsam ma’ Yorgen Fenech. La Yorgen Fenech, l-avukati tiegħu jew niesu jew xi ħadd mill-kumpanija tiegħu qatt ma avviċinawni kif ġie allegat minn Fr. Joe Borg, Manuel Delia u Alessandra Dee Crespo biex jien nikteb jew inkun involut f’din il-kampanja ta’ spoofs. Fuq kollox, jien ma għandix x’naqsam magħhom.

Dak li nista’ nżid huwa li jien ġejt mitlub biex nidħol il-bieraħ filgħaxija f’dan il-group li ġie imwaqqaf fl-Amerika u min ikkrea dan il-group bgħattli n-numru tat-telefon ta’ min issuġġerixxini li jien inkun parti minnu. Qed ngħid dan biex inkompli nuri li jien ma għandi x’naqsam xejn mat-twaqqif ta’ dan il-group kif kien insinwat (mhux minn The Times) imma minn Manuel Delia f’intervista li ta lil Lovin Malta, fejn għamel konnessjoni ta’ dawn il-WhatsApp messaġes miegħi.

Dak li jweġġek f’dan kollu li wara din il-kampanja ta’ gideb fuqi hemm il-Knisja Appostolika Rumana tal-Arċisqof Charles Scicluna. Infakkar li l-Ħadd li għadda, Fr. Joe Borg uża anologiji biex jgħid li jiena wara qiegħed wara dan l-ispoofs. Permezz tal-metafora tax-xitan il-kbir, Joe Borg b’mod indirett qal li dan kollu qed iħallasni Yorgen Fenech. Imbagħad qal li hemm ix-xitan iż-żgħir li għandu l-pinna. Din kienet referenza għalija. Għal ġieħna dan il-giddieb imexxi l-media tal-knisja f’isem l-arċisqof Scicluna.

L-istess għamel Jason Azzopardi, li hu qrib ħafna tal-Arċisqof Scicluna. Mingħajr ma semmini, dan qal li jiena hemm wara dawn l-artikli.

Magħhom ingħaqad Monsinjur Joseph Bajada, li għal ġieħna dan huwa mħallef fuq it-tribunal tal-arċisqof u dan l-imħallef tal-Knisja Maltija għamel tiegħu dan il-gideb fuqi minn Manuel Delia.

U miegħu ingħaqdet il-kanċilliera tal-Arċisqof Scicluna, li taħdem ma’ dan Bajada u saħansitra marret miegħu rtir spirtwali f’Għawdex. Hawn qed nirreferi għal Alessandra Dee Crespo. Din kitbet messaġġ fuqi u għamlet tagħha l-kampanja ta’ gideb fuqi minn Joe Borg u Manuel Delia.  

Dan l-arċisqof irid li jippreżenta ruħu bħala l-verita’ jew is-sewwa meta kull ma għamel hu li dawwar il-knisja kattolika Maltija f’fabbrika ta’ gideb fuq in-nies f’isem Alla u Kristu.

3 thoughts on “The Times iġġib fix-xejn il-kampanja ta’ gideb lin-nies tal-Arċisqof Scicluna kienu qed jagħmlu fuqi u fuq Yorgen Fenech.

  1. The catholic church is satanic there is not one of the ten commandments that the catholic church did not break.

  2. If Le Fevre is still alive, I am sure he would have confirmed that the people mentioned in your article are active members of his group.

Leave a Reply

Your email address will not be published.