Manuel Delia jorganizza demostrazzjoni ta’ solidarjeta miegħu nnifsu

Blog post minn osservatur politiku

Bħalissa għandna attakk fuq l-informazzjoni li ħierġa minn djar tal-aħbarijiet u minn blogs. Saru attakki fuq il-Prim Ministru, fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni, fuq Newsbook, fuq NET News, fuq TVM, fuq il-portals ta’ Lovin Malta u ta’ Strada Irjali, fuq il-blogs ta’ Manuel Delia u ta’ Simon Mercieca.

Minn dawn il-mezzi tal-aħbarijiet ħierġa miżinformazzjoni fuq suġġetti diversi li qed ipoġġu lil dawn is-siti ta’ aħbarijet f’imbarazzament għaliex tant qed jiġu kkuppjati tajjeb li min jaqra qed jaħsibhom li huma oriġinali u veritiera. Imma qabel nagħtu l-importanza neċessarja lil dawn l-attakki li għaddejjin, wieħed irid jara min, minn dawn id-diversi ġurnalisti tad-diversi siti li qed jissemmew, mhumiex iwettqu xogħolhom b’lealta’ lejn il-verita tal-fatti.

U għalhekk wieħed irid jistaqsi, għal min se jagħmlu l-protesta s-Soċjeta Ċivili? Għal xi ġurnalist li ħsiebu biex idawwar il-kliem u jaqla’ minn żniedu? Għal xi wieħed minn dawk li jaqbad ma’ kelma waħda minn silta sħiħa u jara kif jagħmel plejtu fuqha?

Fuq kollox wieħed minn dawk li qed jorġanizza din id-demostrazzjoni huwa Manuel Delia nnifsu, il-persuna li qal li hu vittma ta’ dawn l-ispoofs. Jiġiifieri dan qed jorganizza demostrazzjoni għalih innifsu? Dan il-ġurnalisti tal-ħabba gozz żgur li ma jixirqilux l-ebda kelma ta’ difiża imma kundanna għall-kitbitu.

Is-Soċjeta Ċivili fir-reklam tagħhom qed jgħidu li ma jistgħux jibqgħu siekta dwar l-attakk fuq il-ġurnaliżmu ħieles. Nistaqsi, min qed iwaqqaf lil Repubblika, Occupy Justice u Manwel Delia milli jitkellmu? Ħadd ma hu qed iżommhom, bħalma ħadd għadu ma żammhom s’issa. Jitkellmu kemm iridu imma għalija mhux li titkellem jgħodd imma li tieħu azzjoni.

Il-Prim Ministru għadu kif qal li anke hu ġie attakkat u nxterdet informazzjoni fażulla li taparsi ħierġa minn għandu. Mill-ewwel ħa l-azzjoni neċessarja u rraporta lis-CCU, Cyber Crime Unit, kif ukoll lill-MITA, Malta Information and Technology Agency.

Għalkemm qed jgħidu li l-Gvern ma għamel xejn fuq din il-miżinformazzjoni u fuq il-mod ta’ kif qed isiru dawn l-attakki, il-Prime Minister, Robert Abela,

has condemned a growing disinformation campaign targeting journalists and politicians and revealed that he himself has been targeted.

Il-Prim Ministru qal li dawn l-atti mhux biss huma kundanabbli imma ma għandhomx post fis-soċjeta Maltija. Kulħadd għandu dritt jgħid li jrid, imma biex żgur il-pulizija jkunu armati b’dak kollu li tagħtihom il-liġi, hemm bżonn urġenti li l-liġijiet Maltin jiġu aġġornati b’tali mod, li kif jinqabad min qed jagħmel dawn l-atti antidemokratiċi, il-pulizija jkunu armati tajjeb biex iwettqu ġustizzja u jagħmlu d-dixxiplina neċessarja.

Mela bħalissa hemm bżonn li esperti fil-qasam iħarsu b’lenti lejn il-liġijiet konċernati u jimmodernizzawhom għan-neċessitajiet tal-lum. Dik hija t-triq ‘l quddiem u wieħed jispera li din is-sezzjoni fil-korp tal-pulizija tingħata r-risorsi neċessarji u dawk li jaħdmu f’dan il-qasam, ibda mill-MITA u sezzjonijiet oħra jingħata ħlas xieraq ta’ xogħolhom.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *