Is-Sindku Laburista ta’ Wied il-Għajn għajjar lid-deputat Laburista Jean Claude Micallef ‘purċinell’ għax kontra l-proġett tal-marina.

Qed nġib post li tella’ s-sindku ta’ Wied il-Għajn, Mario Calleja fejn fih għajjar lil Jean Claude Micallef purċinell wara li dan ta’ l-aħħar ta intervista lill-gazzetta Illum. F’din l-intervista, Jean Claude Micallef tkellem kontra dan il-proġett. Eventwalment, is-sindku ta’ Wied il-Għajn ħassru dan il-kumment lejn Jean Claude Micallef

Hu magħruf li Jean Claude Micallef hu b’ruħu u b’ġismu kontra dan il-proġett. Dan ammettih is-sindku stess fejn qallu li qed jieħu din il-pożizzjoni għall-voti ta’ dawk li huma kontra dan il-progett. Infatti mingħajr ma semmihom b’isimhom, is-sindku ta’ Wied il-Għajn qal li Jean Claude Micallef qed jipprova ‘jidher ħelu ma’ x’uħud’, b’referenza ċara li kien qed jirreferi għal dawk il-Laburisti u Nazzjonalisti li f’Wied il-Għajn huma kontra dan il-proġett.

Min-naħa tiegħu s-sindku kkonferma li twaqqaf kumitat biss dak li jista’ jingħad b’ċertezza li s-sindku ma ppronunzjax ruħu fuq dan il-proġett. B’hekk jidher ċar li fuq din l-istorja hemm qsim fil-kamp tal-Partit Laburista, waqt li ħafna residenti qed iqisu li s-sindku huwa favur dan il-proġett.

Fil-post tiegħu, is-sindku kkonferma dak li kien ħabbar dan is-sit li kien waqqaf sotto-kumitat dwar dan il-proġett. Eventwalment, jien ġejt infurmat li Ms. Angie Abela kienet irtirat minn dan il-kumitat.  

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *