Il-pulizija tkompli tagħmel atti llegali u l-ministri risponsabbli ma jagħmlu xejn
Lovin Malta tatna storja fejn qaltilna li Yorgen Fenech kien qed juża lil Patrick Demanuele biex joħroġ ħafna flus barra minn Malta. Dan sar b’referenza għal fatt li Yorgen Fenech u anki Patrick Demanuele tressqu l-qorti l-bieraħ u f’seduta mqanqla l-avukat ta’ Demanuale, Stephen Tonna Lowell akkuża lill-prosekuzzjoni li mhux tagħmel xogħlha sew.
Lovin Malta komplit tgħidilna li “police sources” jiġifieri nies mill-pulizija u allura bil-fors mit-tim investigattiv qalu lil Lovin Malta li dawn kienu l-persuni li Yorgen Fenech kien qed juża biex joħroġ flus b’mod illegali minn Malta.

L-ewwel ma jafux il-korp tal-pulizija li ma jistgħu jkellmu lill-ħadd ħlief permezz tal-PRO? Suppost huwa l-PRO li jitkellem fuq dan il-każ.
Il-gravita’ imma hija ikbar minn hekk. Il-bieraħ, l-ispetturi f’dawn il-każijiet ma ridux jgħidu l-provi li għandhom lill-qorti u nies inżammu arrestati. Biss imbagħad l-informazzjoni li presumibilment ġejja minn dawn il-provi tispiċċa diskussa għand il-media. Fi kliem ieħor, nies fil-korp ma jiddejqux imorru għand il-media u jagħtu l-informazzjoni biex jagħmlu proċess bil-media, imma l-istess informazzjoni ma jridux jagħtuha fil-qorti.
Jekk il-kummissarju tal-pulizija jrid jagħmel proċess li xi persuna, il-post fejn għandu jagħmlu huwa l-qorti u mhux mal-ġurnalisti li għandhom aġenda ċara kontra Yorgen Fenech. Imbagħad il-media tieħu għaliha meta ngħid li dan hu frame-up. Frame-up u kif u l-ministri risponsabbli lanqas jafu x’laqathom.
Il pulizija zbal wara l=iehor.