Il-protesta ta’ għada hija biss skuża biex jintwera support favur ġurnalisti li kienu wara l-klikka li ħadmet biex twaqqa’ lil Adrian Delia

Qed nippubblika korrispondenza fi grupp privat fejn tikkonferma li l-protesta ta’ għada hija biss skuża minn grupp ta’ nies favur blogger u ġurnalisti li kienu ta’ għajnuna lil klikka fil-PN li ħadmet u ppubblikat gideb biex twaqqa’ lil Adrian Delia minn kap tal-oppożizzjoni.

F’dan iċ-chat Karen Zerafa Boffa esponenta tal-moviment Occupy Justice qed tgħid il-vera raġuni għall-protesta ta’ għada, biex jinżlu n-nies fit-toroq biex jonqos id-distakk bejn iż-żewġ partiti. Waqt li naqbel mal-protesti fit-toroq, dawn in-nies iridu jkunu onesti għalfejn ser jagħmluhom u mhux jinħbew wara theddid lill-ġurnalisti li ma jeżistix. Anzi jekk hemm min qed jagħmel “harassment” illum, dan ġej mill-ġurnalisti nfushom u jużaw stejjer fittizji li b’kumbinazzjoni jiġu ppubblikati fl-istess żmien li kien ħiereġ is-survey ta’ The Times of Malta. Infakkar li fil-bidu fix-xahar ta’ Awwissu ma ħareġ l-ebda survey.

B’din l-affermazzjoni, Karen Zerafa Boffa ta’ Occupy Justice qed tikkonferma li Occupy Justice hija f’kolluzzjoni diretta mal-klikka li hemm fil-PN u li ħadmet biex twaqqa’ lil Adrian Delia. Infatti din iċ-chat hija meħuda mill-grupp privat tan-nies ta’ Bernard Grech u l-blue heros. Issa wieħed jista’ jkollu idea aħjar wara l-intenzjoni ta’ dawn il-fake news jew spoofs.

Infakkar li dan il-group Occupy Justice jiftaħru li huma ma għandhom l-ebda rbit politiku ma’ ħadd.

One thought on “Il-protesta ta’ għada hija biss skuża biex jintwera support favur ġurnalisti li kienu wara l-klikka li ħadmet biex twaqqa’ lil Adrian Delia

Leave a Reply

Your email address will not be published.