Ftit tal-minuti ilu ntlabt biex nidħol membru ta’ grupp li twaqqaf fl-Amerika msemmi minn Manuel Delia

Illum tellajt storja fejn għidt li jiena m’inhix membru ta’ grupp WhatsApp Amerikan imsemmi minn Manuel Delia f’artiklu li ta lil Lovin Malta. Għidt ukoll li ma għandix x’naqsam miegħu, għaliex kif ġew ippubblikati l-affarijiet ingħata x’jifhem li jiena wara dan il-group.

Wara li ppubblikajt din l-istorja, ftit tal-minuti ilu, madwar is-sitta u nofs, xi ħadd daħħalni f’dan il-grupp. Dan iċ-chat jew messaġġ ma ftaħtux u m’inix ħa niftħu. Qed intella’ kopja tal-iscreenshot li bgħatt liċ-cybercrime.

Qed nippubblika dan biex kulħadd ikun jaf l-aġenda li hemm wara dawn il-manuvri kollha li qed isiru u kulħadd jifhem min hemm warajhom.

Leave a Reply

Your email address will not be published.