Bernard Grech irid li l-pulizija tipproteġi lil Manuel Delia u jippostja sentenza li ma tagħmilx sens

Blog post minn osservatur politiku

Dr Bernard Grech reġa’ stieden lil Robert Abela għal diskussjoni biex jissaħħu l-liġijiet u r-riżorsi tal-pulizija. Dr Grech għamel pjaċir lilek innifsek u lill-partit li tmexxi u ieqaf għamel l-istediniet. L-aħjar li taqbad lill-kelliem fuq il-pulizija u jifforma lista ta’ proposti kif se jiġu mgħejjuna l-pulizija. M’intiex qed tirrejalizza li Abela qed jgħaddik passata.

Ma jinteressahx x’għandek xi tgħidlu. Mela wruna li kapaċi tippreparaw proposti bis-sens li jkunu ta’ għajnuna għall-image tal-partit. Abela qiegħed fil-Gvern u jindirizza dawk il-problemi li qed jinkwitaw lilu u lill-partit tiegħu. Inti qed tgħid li hemm attakk fuq il-partit tiegħek mela ħu ħsieb id-dar tiegħek l-ewwel.

Hemm bżonn li turi x’ikunu l-affarijiet li l-pulizija għandhom bżonn, tippreżenthom u tistenna li l-Gvern jwettaqhom. Jekk ma jsirux, hemm tibda l-veru kritika, dejjem jekk is-suġġerimenti jkunu fattibbli. Hawnhekk Dr Grech ippostja sentenza li ma tagħmilx sens.

F’ħin minnhom qed jgħid li ġiet attakkata l-media tal-Partit Nazzjonalista u ftit wara jgħid li qed jiġi attakkat Dr Jason Azzopardi. Il-media tal-Partit hija ħaġa u l-posts ta’ Jason Azzoardi huma xi ħaġa totalment differenti. Ma jistax ikun li Dr Grech iħallat ix-xogħol ta’ Jason Azzopardi bħala avukat u x-xogħol tiegħu bħala membru tal-parlament fi ħdan il-Partit Nazzjonalista. Jekk qed isir attakk fuq Jason Azzopardi l-politiku hija għal snin il-partit, imma jekk l-attakk huwa fuqu bħala avukat, dak irid jagħmel ix-xogħol tiegħu hu u mhux il-Partit.

Għal darba oħra, nispera li Dr Grech qed jagħmel differenza bejn il-politiku u l-legali. Jekk qed jippruvaw isikktu lil Partit hija ta’ interess għall-Partit Nazzjonalista imma jekk qed ifixklu u jippruvaw isikktu lil Dr Azzopardi fix-xogħol tiegħu ta’ avukat, ħallih isolvi hu.

Nispera li mill-aktar fis possibbli, Dr Bernard Grech jiċċara kliemu f’dan il-post li għamel. Ma jistax jaffordja li jagħmel posts ambigwi u mhux ċari. Din id-differenza fuq individwu hija importanti għall-ġid tal-Partit. Huwa tajjeb li jsir rapport lis-cybercrime, minħabba l-attakki politiċi li saru u qed isiru. Imma dan tagħmlu f’isem l-politika u mhux f’isem l-individwu.

Dr Grech għalaq il-post tiegħu b’dan il-kliem “sabiex il-poplu jkun jista’ verament jagħmel għażla demokratika b’mod ħieles u liberu u mhux ikkontrollat minn min għandu l-interess biss fil-poter u fiħ innifsu.” Jekk inti u l-Partit Nazzjonalista ma għandkomx l-ambizzjoni tal-poter x’qed tagħmlu fit-tellieqa biex tieħdu l-Gvern. Jekk qed tirreferi li l-Partit Laburista għandu interess fih innifsu għamel bħalu u interessa ruħek fil-Partit Nazzjonalista.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *