Id-differenza bejn iż-żewġ mexxejja hija ta’ 110,000 vot: bejn iż-żewġ partit ta’ 30,000 vot
Illum ħareġ survey mis-Sunday Times. Dan qed ikun interpretat li l-Partit Nazzjonalista żied waqt li l-Partit Laburista naqqas. Biss jekk wieħed iħares sew lejn il-figuri jinduna li d-differenza bejn iż-żewġ mexxejja, jiġifieri Bernard Grech u Robert Abela kompliet tikber.
Il-gap bejn iż-żewġ mexxejja hu ta’ 33%. Issa jekk 1% jissarraf fi 3333 voti, dan iffisser li d-differenza jew id-distakk bejn it-tnejn huwa ta’ 110,000 vot. Infakkar li hemm 350,000 vot eleġibbli. It-turnout normalment hu ta’ 90%, B’hekk ser ikun hemm 310,000 vot. Id-differenza ta’ 33% turi d-differenza bejn iż-żewġ mexxejja.
Fuq kollox, waqt li bħala partit, il-Lejber naqqas, fuq livel personali, Abela kompla jżid fit-trust rating u tela’ għal 4%. Infakkar li Bernard Grech iħobb jikkritika lil Abela bħala inkompetenti. Biss dan qed iżid fit-trust rating tiegħu.
Fuq kollox, il-gap bejn iż-żewġ partiti hija ta’ 29,700 vot. Din il-figura toħroġ mill-fatt li l-gap bejn il-partiti naqas b’10%. Il-gap bejn il-partiti hu ta’ 8.9%. Skont is-survey tax xahar li għadda kull 1% huwa 3333. 8.9% immultiplikat 3333, jagħmel is-somma ta’ 29,700 vot.
F’dan il-kuntest ma nistax nifhem kif Bernard Grech jista’ jħossu sodisfatt.

Tkaxkira ohra ghal PN
Issa billi tftah jidjek issek la ghajeb tal preseppju