Veru li ser jitwarrbu xi ġurnalisti mill-media tal-Partit Nazzjonalista?

Fid-Dar Ċentrali jew fil-kamp Nazzjonalista sar hemm narrattiva ta’ qlajjiet li qishom qed jintagħmlu bħala feelers biex wara jittieħdu l-azzjoni fuqhom. L-aħħar waħda li qed tiġri fil-kuruturi tad-Dar Ċentrali hija li se jitwarrbu xi ġurnalisti mill-media tal-Partit Nazzjonalista. Imma possibbli dan il-partit ma jafx joqgħod kwiet u jħalli lin-nies jagħmlu xogħolhom mingħajr ma jsiru dawn id-diċeriji perikolużi?

Fil-kuruturi tal-Partit qed jissemmew żewġ ġurnalisti li x’aktarx se jitilfu posthom. It-tnejn li huma għandhom programmi fuq NET TV u t-tnejn li huma ilhom hemm għal numru ta’ snin. Lil wieħed minnhom, mid-dehra, diġa’ nfurmawh li l-programm tiegħu se jitwaqqaf, fil-waqt li lill-ieħor, li għandu programm interessanti ħafna, qed tiġri d-diċerija li se jiġi mibdul.

Bħal ma jaf kulħadd il-Partit Nazzjonalista daħħal fl-istrutturi tiegħu lil Chris Peregin. Kulħadd jaf li Peregin telaq lil LovinMalta u ngħaqad mal-Partit Nazzjonalista. Kellna nformazzjoni fuq dan is-sit li Peregin, l-istrateġista, għaqqad team madwaru, jissejjaħ it-team tal-istrateġija li fosthom hemm Liliana Cremona, li tiġi ta’ warajh. Dan is-sit huwa infurmat li din il-persuna kienet ma’ LovinMalta. Dan il-fatt ġie miċħud.

Issa l-għajdut huwa li ġejja persuna oħra minn LovinMalta biex tieħu post wieħed minn dawn iż-żewġ ġurnalisti u preżentatur ta’ NET. Nispera li jkun hemm ċaħda jew konferma ta’ din l-aħbar. Bħal ma tafu, huwa inutili li nikteb lis-segretarju tal-partit Nazzjonalista għax naf li mhux ser jagħtini tweġiba.

Infakkar li Chris Peregin kien fetaħ kawża kostituzzjonali biex il-Partiti Politiċi jgħalqu l-istazzjonijiet tagħhom. Jekk dawn id-diċeriji huma minnhom, dan ifisser li fil-Partit Nazzjonalista ser ikun hemm tliet min-nies, li ġejjin minn Lovin Malta

Wara li ppubblikajt dan l-artiklu, ġejt infurmat minn sorsi li ma humiex konnessi mal-Partit Nazzjonalisti, li Lianna Cremona qatt ma ħadmet ma’ Lovin Malta. B’hekk bħal ma dejjem nagħmel ma ddejjaqx inġib il-kjarifika li tintbagħatli.

Leave a Reply

Your email address will not be published.