L-ipokrezija tal-għaqda ġurnalisti Maltin ma għandhiex tmiem

Mela llum kien hemm attakk ikkoordinat kontra tiegħi, għaliex xi ħadd qed jaħseb li jiena qiegħed wara l-attakki li qed ikun hemm kontra Manuel Delia. Mela filli Manuel Delia jgħajjarni li jien ma nafx nikteb bl-Ingliż. Filli sieħbu BugM jgħidli li jien ma nafx nuża l-computer u f’daqqa waħda jien nispiċċa niġi akkużat li qiegħed imdaħħal fi kreazzjoni ta’ blog bħal ta’ Manuel Delia u qiegħed nikteb bħalu.  F’daqqa waħda sirt l-aktar awtur prolifiku u l-aqwa espert fid-dinja fil-qasam tal-informatika u dan kollu ġej minn flus kbar li jien qed nieħu.

Dan kien il-messaġġ li bagħtu Occupy Justice ftit siegħa ilu u fl-istess ħin, b’kumbinazzjoni l-għaqda tal-ġurnalisti Maltin, IĠM, toħroġ stqarrija fuq dan kollu u fuqi. B’kumbinazzjoni l-President tagħha hu Matthew Xuereb.

Għaliex issa il-blogger Malti, Manuel Delia sar ġurnalista u Simon Mercieca, li hu blogger ukoll ma hux ġurnalista. Bħal li kieku li tkun ġurnalista trid tappartjeni għal xi setta speċifika.

Biss l-isbaħ hija hawn. L-għaqda tal-ġurnalisti ħassitha mħassba u offiża li persuna jew persuni, li skont Occupy Justice imħallsa tajjeb, jikkreaw blog simili għal dak ta’ Manuel Delia, u tħoss li dan hu attakk fuq il-ġurnaliżmu. L-istess ġralhom b’kumbinazzjoni l-Għaqda tal-Ġurnalisti Maltin.

Imbagħad,  meta xi ħadd li jidher li kien minn ta’ Repubblika għamlu ittra u qasmuha bħala li kieku kitibha l-Ministru Edward Zammit Lewis lil kostitwenti tiegħu, ħadd ma qal li dan kien attakk fuq il-ministru. Ara hemmhekk tajjeb li xi ħadd jagħmel dawn it-tip ta’ ittri fuq politiċi. Biss meta xi ħadd jew xi uħud jagħmlu l-istess fuq Manuel Delia, dan isir ħażin.

Ħa ngħidha, jien ma naqbilx ma’ dawn, kemm meta saru kontra Zammit Lewis u anki meta saru kontra Manuel Delia bħal ma naqbilx mal-fake profiles li għandhom konnessji mad-domain ta’ The Times of Malta li jġib l-isem ta’ burnemailmatthew@timesofmalta.com  li sal-lum għandi qed nistenna spjegazzjoni tagħhom, għaliex email partikolari marbut ma dan id-domain, mattxue2@mail.com kien marbut ma’ fake profile li xtaq li n-nies imutu bil-kanċer!

Inċidentalment dan il-fake profile ta’ Marika Galea sparixxi minn fuq Facebook wara din l-istorja.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *