Ġurat jistqarr li hu kien jiġġudika akkużat kif iħares lejn wiċċu waqt li jgħid jekk hux ħati jew le

Godfrey Leone Ganado stqarr lil Manuel Delia hu għamilha ta’ ġurat aktar minn darba. Hu stqarr li meta kien jibda l-ġuri, huwa kien iħares f’wiċċ l-akkużat u mill-ħarsa ta’ wiċċu u mill-mod kif kien jgħid jekk hux ħati jew le, kien jiġġudikah. Leone Ganado jkompli jistqarr li minn dak il-mument hu kien ġa għamel il-ġudizzju, qabel ma jibda jisma’ l-evidenza.

Povri dawk l-akkużati li għaddew taħt dan it-tip ta ġudizzju! Nispera li dan ir-raġel ma jibqax fuq il-lista tal-ġurati. Dan hu bniedem perikoluż u inkoxxenti.

One thought on “Ġurat jistqarr li hu kien jiġġudika akkużat kif iħares lejn wiċċu waqt li jgħid jekk hux ħati jew le

Leave a Reply

Your email address will not be published.