Andrew Borg Cardona jressaq libell f’isem klijenta kontra ġurnalist

Blog post minn osservatur politiku

Andrew Borg Cardona jressaq libell kontra ġurnalist. Wara dak il-paroli kollu li ntqal u nkiteb minħabba r-rakkomandazzjonijiet imniżżlin fir-rapport tal-inkjesta li ħadd ma għandu jispara libelli kontra l-ġurnalisti, xorta dan l-avukat tal-ewwel klassi, fejn ħass li hemm bżonn isir libell kontra ġurnalist xorta għamlu. Flok ħeles mill-każ partikulari kellu jippreżenta dan il-libell f’isem klienta tiegħu.

Is-sinjura Josephine Abdilla ħasset li kienet inġurjata minn Matthew Vella tal-Malta Today f’żewġ artikli li dan il-ġurnalist kiteb. L-ewwel wieħed tfaċċa fit-8 ta’ Awissu u kien fih it-titlu ta’ “Whistleblowers pressured to select favoured MCAST teachers”. Filwaqt li t-tieni wieħed li ħareġ xi ġimgħa wara kien fih it-titlu “Bribery allegation was ‘joke’ yet former MCAST executive may still be on payroll.” Is-sinjura Abela permezz ta’ l-avukat tagħha Andrew Borg Cardona, l-ewwel kienet kitbet dritt ta’ risposta, li ġiet ippublikata fil-gazzetta Malta Today.

Biss issa ħasset li kellha tressaq libell ukoll minħabba l-inġurja fil-konfront tagħha. Il-ħsieb wara dan l-artiklu mhux li nidħol fil-każ per se, imma li nxandru l-fatt li Therese Comodini Cachia kienet għajret lil Adrian Delia għax għamel libell kontra ġurnalist għax ħassu nġurjat u allura tfisser li ried jgħalaq ħalq ġurnalista. Issa għandha avukat ta’ din il-klikka li hija kontra Adrian Delia li ma ddejjaqx jagħti s-servizzi tiegħu biex jinfetaħ libell kontra ġurnalista. Fi kliem ieħor, Borg Cardona ma qagħdux lura bħala avukat li jiftaħ libell f’isem klijenta. Kieku dan mexa mar-rakkommandazzjoni tal-imħallfin kien jgħid li din il-klijenta, nifhem il-pożizzjoni tiegħek, biss per prinċipju dan ix-xogħol kontra ġurnalisti ma nagħmlux. Mur sib avukat ieħor!

Verament dan hu każ ta’ min jitkaża jaqa’ fil-każa. Kull avukat irid joqgħod attent kif jikkritika lil ħaddieħor għax illum jew għada jista’ jiġi fl-istess sitwazzjoni.

https://timesofmalta.com/articles/view/mcast-official-on-special-leave-sues-malta-today-for-libel.895768?fbclid=IwAR1M4QlWowMZyylRuC6CJ93VSFI7uib4afEweWgtCcjT-Oaug1zW0ZTkjmE

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *