Id-dħul tal-ħaddiema mal-gvern qabel kull elezzjoni: din hija xi ħaġa skandaluża
Blog post minn osservatur politiku
Dan il-pajjiż possibli ma jfiq qatt? Dan il-pajjiż ma jitgħallem xejn minn okkażjonijiet ta’ qabel? Possibli li f’dan il-pajjiż se nibqgħu sejrin hekk? Possibli biex inwaqqfu dan l-ingann f’dan il-pajjiż ma jista’ jsir xejn legalment biex dawn il-ħniżerijiet ma jibqgħux isiru? F’dan il-pajjiż ma nafux nistħu? Possibli li se nibqgħu nixtru l-voti kull darba li tavviċina elezzjoni ġenerali?
Joseph Farrugia mill-Assoċjazzjoni Maltija ta’ min iħaddem qalilna li ħafna ħaddiema qed jitilqu mix-xogħol li għandhom fil-privat, lesti anke li jitilfu mill-paga, l-aqwa li jidħlu jaħdmu mal-gvern. Ix-xogħol mal-gvern huwa meqjus eħfef u ħafna aktar sikur. Dan qed isir mill-gvern ftit qabel l-elezzjoni biex jisgura minn voti, li jekk ma jagħmilx hekk jistgħu jintilfu.
Skond Farrugia din l-istorja qed tisvela ruħha ma’ Malta u Għawdex kollha, imma qed taffetwa ħafna nies tas-sena partikolarment fis-settur turistiku u xogħol ta’ sigurta. Ħafna restoranti qed igergru li mhux qed isibu mpjegati minħabba li ħafna barranin telqu minn Malta minħabba l-pandemija. Farrugia qal li bħal ħafna pajjiżi Ewropej, Malta għandha bżonn ħafna nies għal xogħol speċjalizzat u hija xi ħaġa ta’ importanza kbira u kritika, li nieħdu ħsieb il-ħaddiema tagħna b’ċertu għaqal u b’miżuri tajbin.
Joseph Farrugia ilmenta li s-settur pubbliku hu mifquh bin-nies u minħabba f’hekk qed ikun hemm nuqqas fis-settur privat. F’paper li ħarġet l-Assoċjazzjoni f’dan l-aħħar ġranet, qalgħet li hemm bżonn li jsiru inċentivi biex iħajru ħaddiema jerġgħu jsibu xogħol mal-privat, fejn l-ispeċjalizzażjoni tagħhom tintuża ħafna aħjar mill-att ta’ prodottivita u effiċjenza. Għalhekk ħafna minn min iħaddem qegħdin dejjem ifittxu ħaddiema barranin. Biss il-privat irid jitgħallem iħallas tajjeb ukoll.
Fil-proposti tagħha għall-budget li ġej, l-Assoċjazzjoni qalet li ma jistax ikun li jinsterqu ħaddiema mill-privat biex jidħlu mal-Gvern kull darba li tavviċina elezzjoni ġenerali. Biex isaħħaħ l-argument tiegħu Farrugia staqsa, għalfejn qed jiddaħlu ħaddiema biex jaqraw il-meters tal-ilma u tad-dawl, meta pajjiżna nvesta bil-goff fuq smart meters f’kull dar. Joseph Farrugia rrimarka li ma jistax ikun li nibqgħu nisirqu minn dawn il-ħaddiema bħal ma ġara qabel l-elezzjoni tal-2017 fejn is-settur pubbliku kien żdied b’500 impjegat. Ma jistax ikun li għax ġejja elezzjoni jerġa’ isir dan is-serq ta’ impjegati mis-settur privat.
Ta’ min isemmi li f’Għawdex sikwiet nisimgħu li nfetħu applikazzjonijiet biex jidħlu nies mal-gvern. Possibli li f’Għawdex għad fadal min jidħol mal-Gvern, meta hemm tliet Ministri Għawdxin għaddejjin jikkompetu ma’ xulxin min se jdaħħal nies mal-Gvern?
Hija xi ħaġa skandaluża li biex takkwista l-voti tagħti dan it-tip ta’ impjiegi. Malta u Għawdex għandhom bżonn jisserjaw f’dan ukoll, għax ma jistax ikun li nies ta’ ċertu sena jiġu offruti impjiegi mal-Gvern u l-pajjiż jitlef l-ispeċjalizzażjoni tagħhom.


