L-eseġerazzjonijiet fil-politika ma jiġux emmnuti mill-votant li jivvota b’moħħu

Blog post minn osservatur politiku

Dr Peter Agius l-ispokesperson prinċipali tal-Partit Nazzjonalista tella’ fuq facebook li imn’Alla kienet Michelle Muscat biex ħa t-tmexxija f’idejh Robert Abela. Hu kiteb hekk

Illum Muscat fakkar lil Abela li tela bis-saħħa tal-canvassing ta’ Michelle li ċemplet u kellmet mijiet biex ma jivvutawx lil Fearne. Il-messaġġ huwa ċar: ħu ħsiebi għax bħalma tellajtek inniżżlek.”

Biex inkunu għadna kollox dan mhux il-kliem li pproduċiet it-Times of Malta b’turija tal-intervista li kellu Joseph Muscat maghhom. Din hija l-kwotazzjoni eżatta li tatna it-Times f’din il-parti tal-intervista:

No, but the truth is Michelle did speak with some people and expressed the fact she favoured Robert Abela. I did not intervene”.

Min dan il-kliem li tatna l-gazzetta tidher ċara l-eseġerazzjoni tal-interpretazzjoni ta’ Peter Agius, biex kif jgħid il-Malti jressaq il-boċċa viċin il-likk. Skond l-intervista għandna miktub li Michelle Muscat veru kellmet lil xi nies and wriet li hi se tivvota lil Robert Abela.

Fuq din il-biċċa Peter Agius qaleb kollox u l-eseġerazzjoni tiegħu hija kbira. Minn xi nies Agius kiteb li Michelle Muscat kellmet u ċemplet mijiet biex ma jivvutawx lil Fearne. Agius kompla jgħidilna li Michelle Muscat għamlet kampanja ta’ canvassing tant qawwija li kienet bis-saħħa tagħha li Robert Abela qiegħed Mexxej tal-Partit u Prim Ministru.

Imma l-iktar li tolqtok f’dak li kiteb Peter Agius hija li “Illum Muscat fakkar lil Abela li tela bis-saħħa” b’mod indirett tiegħu, għax ħadmet għal Abela l-mara tiegħu Michelle. Nistgħu nesseġeraw ftit ieħor biex inġebdu l-argument kif nixtiequ ħalli noskuraw lil avversarju politiku u nippruvaw nakkwistaw ftit punti politiċi. Jaħseb Dr Agius li meta tessaġera fid-diskors tiegħek, xi ħadd se jagħti kasek jew jieħdok bis-serjeta? Ma jaħsibx Dr Agius li meta tiddikjara l-esseġerazzjonijiet jiġu qishom qed tikteb partita gideb u flok takkwista, titlef?

Tant hu konvint minn dak li qed jgħid Peter Agius li kiteb “ħu ħsiebi għax bħalma tellajtek inniżżlek”, b’referenza li suppost qal Joseph Muscat fl-intervista tiegħu. Biex inkunu ċari, din qed jassumieha Peter Agius għax ma hemm imkien fl-intervista, li hemm xi insinwazzjonijiet bħal dawn.

Imma għax Joseph qal li martu għamlet xi telefonati u kellmet xi nies, allura Dr Agius ikkonkluda li kienet bis-saħħa ta’ Michelle li Abela sar Mexxej. Jekk jista’ xi ħadd jilluminani fejn nista’ nsib li Abela qiegħed taħt il-mannara ta’ Joseph Muscat, napprezza li tiġi ndikata. Ma naħsibx li jekk seta’ ġie megħjun minn Michelle, Robert Abela qiegħed taħt theddida minn Joseph biex itajjru. Sa fejn naf jien tul l-intervista Joseph wera sodisfazzjoni lejn Robert Abela.

Skond Peter Agius huwa tajjeb li tonfoħ sitwazzjonijiet jew diskors, għax mingħalih se jakkwista l-voti. Imma nixtieq niġbed l-attenzjoni ta’ Dr Agius, li jekk se ikompli jesseġera, la jien u lanqas ħafna eletturi oħra ma aħna se nagħtu kasu. Min mingħalih se jerbaħ il-voti bil-gideb u bl-eseġerazzjonijiet għandu żball kbir u nies bħal Peter Agius u oħrajn bħal dawn ma jibqgħux jiġu emmnuti, speċjalment mal-votant li jivvota b’moħħu.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *