Jason Azzopardi rrefera għal Pierre Portelli meta semma li Yorgen Fenech tkellem ma’ uffiċjal tal-PN biex joqtlu.

Fil-protest ġudizzjarju Jason Azzopardi kien qed jirreferi għal Pierre Portelli imma jigdeb meta qal li Yorgen Fenech ried joqtlu.

Jason Azzopardi bħalissa għaddej b’kampanja biex ikompli jattakka lil Yorgen Fenech u jpinġih li hu ried joqtlu. Ħalli ngħiduha kif inhi, s’issa l-pulizija u l-anqas is-Supretendent Keith Arnaud għadhom, sa fejn naf jien, ma bdew jinvestigaw lil Yorgen Fenech fuq attentat ta’ qtil kontra Jason Azzopardi.

Is-sabiħa li dan iċ-chat li għadda bejn Yorgen Fenech dwar is-suppost persuna li kellha toqtlu huwa uffiċjal fil-Partit Nazzjonalista. Għaliex Jason Azzopardi ma semmihx b’ismu? Għaliex qal li din qalha uffiċjal tal-Partit Nazzjonalista? Pierre Portelli qatt ma kien uffiċjal tal-Partit Nazzjonalista imma ħaddiem.

Kienet The Times of Malta li tat din n-narrattiva li Yorgen Fenech ried joqtol lil Jason Azzopardi. Il-Lovin Malta u il-Malta Today, tkellmu dwar eliminazzjoni fuq livell politiku.

Infatti f’dan iċ-chat Yorgen Fenech qed jgħid lil Pierre Portelli biex jibda minn Jason Azzopardi jekk irid jimxi politikament ‘l quddiem. Biss bħal ma qed jiġri f’dawn iċ-chats, dawn qed jinqraw barra mill-kuntest. Dak li kien qed jgħid Yorgen Fenech huwa li jekk irid il-Partit Nazzjonalista jimxi ’l quddiem irid jeħles l-ewwel minn Jason Azzopardi. U Yorgen Fenech għandu raġun!

Infatti, dak li qal Yorgen Fenech lil Pierre Portelli kien dan. “Start off with Jason Azzopardi [Ibda b’Jason Azzopardi]”. Dan qed ngħidu jien u qed jgħiduha ħafna nies.

Qed taraw kif idawru l-kliem Jason Azzopardi? Jiġifieri, jien ngħid li l-PN irid jeħles minn Jason Azzopardi biex jimxi ‘l quddiem. Meta qed ngħid dan mhux qed ngħidu li għandhom joqtluh! Ħalluna kwieti! Qed taraw kif qed ikunu manipulati dawn iċ-chats?

Jekk mhux hekk, ifisser li Pierre Portelli ġie mitlub biex jagħmel delitt. Ħasra li l-kummissarju tal-Pulizija ma bediex jinvestigah. Qed taraw gidba oħra ta’ Jason Azzopardi.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *