Jason Azzopardi: l-aktar politiku giddieb li qatt rajna fil-parlament Malti

Blog post minn osservatur politiku

Ftit tax-xhur ilu, Saviour Balzan fil-program tiegħu staqsa lil Jason Azzopardi: “mill-grupp li huwa (Yorgen Fenech) CEO int, per eżempju, qatt ma ħadt xejn minn għandhom.” Jason Azzopardi irrisponda hekk: “żgur mhux għand Yorgen Fenech.” Saviour Balzan kompla jistaqsi: “le, mil-grupp, qed nistaqsik, qed inkun preċiż bħall-avukati, qatt ħadt xi ħaġa.”

Jason Azzopardi reġa’ irrisponda: “Ma niftakarx li qatt ħadt xi ħaġa.” L-għada ta’ dan il-program, Colin Deguara minn ONE News mar il-Belt biex jiltaqa’ ma’ Jason Azzopardi u waqt li kien miexi b’nofs ta’ triq ma’ Therese Comodini Cachia, għalkemm Jason ġie mistoqsi diversi mistoqsijiet, hu baqa’ ma wieġeb xejn. F’ħin minnhom beda jidħaq u qal il-kelma ‘unbelievable’.

Ara veru ‘unbelievable’ u tad-daħq għax meta taqra fuq dan is-sit u s’issa ma jidhirx li hemm xi ċaħda għax kieku persważ li Dr Mercieca kien jgħidilna, dan l-avukat u deputat mhux biss mar il-Ħilton ta’ Tel Aviv minn fuq dahar Yorgen Fenech u l-familjari tiegħu, imma akkwista coffee morning il-Hilton, qabel l-elezzjoni tal-2008, week-end breaks kemm il-Ħilton kif ukoll Kemmuna u anke ikliet f’restaurant partikulari l-Hilton.

U dan meta dan id-deputat qal li ma jiftakarx li qatt ħa xi ħaġa minn għand il-familja Fenech. Biex jissaħħaħ dan l-fatt qed inpoġġi għad-dispożizzjoni tal-qarrejja facebook post minn Illum dwar x’irrisponda l-avukat ta’ Jason Azzopardi fil-każ ta’ separazzjoni minn martu.

Jason Azzopardi kkonferma li minn wara l-2017 siefer madwar 34 darba, flimkien mas-sieħba tiegħu. Meta kien ġie mistoqsi fil-qorti minn fejn ġab il-flus biex iħallas għall-akkomodazzjoni u għal dawn if-sfriet, l-avukat tiegħu kien qal li dan is-safar ħallsuh terzi persuni.

Fil-program Pjazza rajna filmat ta’ xi kwalita’ ta’ kamra (suite) kellu Jason Azzopardi f’Tel Aviv. Imma waħda sabiħa li għamel Jason Azzopardi, dejjem skond Pjazza, li meta wasal il-Hilton f’Tel Aviv, huwa ma niżżilx ismu meta rreġistra mar-receptionist tal-lukanda, imma uża psedonomu u sejjaħ lilu nnifsu Mr Smith. Kurjuża ħafna. Minn xix kien qed jibża’ Jason Azzopardi? X’seta’ jinqala’ fil-Hilton ta’ Tel Aviv li kien qed jinkwitah tant li juża isem falż. Tgħid beża’ li kien hemm xi demonju jiġri warajh?

Kif tista’ takkwista dan kollu minn għand bniedem li tkun insejt li mort it-tieġ tiegħu. U din li ġejja tpoġġi ċ-ċirasa fuq il-kejk għax lanqas biss titwemmen. Waqt li darba kien qed jiekol il-Hilton, qal lill-waiter biex jakkredita t-tips fuq il-kamra fejn kien qiegħed joqgħod. Issa l-kamra dak in-nhar kienet rigal b’xejn. Allura t-tips weħilhom minn tah jew ħallaslu l-kamra.

Hemm livell ta’ mistħija? Jiflaħ jaqa’ għaċ-ċajt iżjed dan ir-raġel, dan l-avukat, dan id-deputat? Biss lil dan l-avukat ma tantx tista’ toqgħod fuq dak li jgħid għax mid-dehra jigdeb ma kull kelma li jistqarr. Ma nistax nifhem u nħossni żbalordit kif jibqa’ jgħid Jason Azzopardi li ma jafx lil Yorgen Fenech. Jason kien ikellem lil Yorgen b’mod ripetutament. Kif tista’ tinsiehom dawn l-affarijiet.

Veru li kellna politiku li ħadha bħala l-aktar politiku korrott. Biss hawn għandna xempju tal-gideb u mingħajr ebda dubju dan id-deputat se tibqalu tul ħajtu kollha li hu jakkwista, jinsa u wara jigdeb fuqhom. Naħseb li tkun toqogħdlu bħala l-aktar politiku giddieb li qatt rajna fil-Parlament Malti.

One thought on “Jason Azzopardi: l-aktar politiku giddieb li qatt rajna fil-parlament Malti

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *