Min hu Thomas Cassar Ruggier tal-CSN?

Wara li ftit tal-jiem ilu pubblikajt l-istorja dwar il-kartun fuqi min CSN, persuna li jsegwi dan il-blog bgħattitli din l-email dwar Thomas Cassar Ruggier. Din il-persuna kitbet hekk.

Għażiż Dr. Mercieca,

Biex tifhem aħjar x’inhi r-raġuni wara dan kollu, trid tifhem min hemm wara din l-għaqda.  

Kif tista’ tara mehmuż ma’ din l-imejl, wara din l-għaqda m’hemm ħadd ħlief is-Sur Thomas Cassar Ruggier, ex-impjegat ta’ Lovin Malta kif ukoll lagħqi tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil. Fi ċrieki tal-PN, Cassar Ruggier huwa magħruf li jieħu ħsieb il-mezzi soċjali ta’ CSN. b’aġenda waħda u ċara: min m’huwiex parti minn din il-fazzjoni tal-PN huwa tat-tieni klassi.

Tgħidli imma x’wassal biex dan jeħodha qatta bla ħabel kontra l-PN?  Jingħad li ftit tax-xhur ilu is-Sur Cassar Ruggier xtaq jikkontesta għall-kariga fi ħdan l-MŻPN iżda ma tħalliex għax mhux ikkunsidrat tajjeb biżżejjed. Każ ċar ta’ min ma jilħaqx l-għeneb jgħid li hu qares! 

Apparti minn hekk, l-istess CSN, li jmexxi Cassar Ruggier u li jitkellmu fuq ir-rule of law, qas biss jitfaċċaw fuq ir-reġistru tal-għaqdiet volontarji! Fejn hi l-kredibilta’ meta qas int għaqda reġistratata uffiċjali? L-istess CSN li jitkellmu kontra l-armata ta’ trolls Laburisti, fetħu għexieren ta’ profiles foloz sabiex jattakkaw lil kull min ma jaqbilx mal-aġenda tagħhom. 

Kien hemm drabi ukoll fejn l-istess CSN anke attakkat b’mod skifuz partiti politiċi żgħar oħrajn. Kif jista’ ikun li platform li jirrappreżenta l-paladin tad-demokrazija meta din l-għaqda toħroġ qata’ bla ħabel kontra partiti oħrajn?

Ma jistax ikun li nies bħal Cassar Ruggier jibqgħu jagħmlu l-ħsara billi jinħbew wara pagna falza. Nistidnek tagħmel riċerka tiegħek ħalli tasal għall-konklużjoni waħdek. Dan hu Link tiegħu  tiegħu li fih propaganda favur l-CNS u messaġġi kontra Adrian Delia.

Nirringrazzjak talli qrajt dan il-messaġġ tiegħi,

Ġaħan Malti

One thought on “Min hu Thomas Cassar Ruggier tal-CSN?

  1. is-Sur Cassar Ruggier xtaq jikkontesta għall-kariga fi ħdan l-MŻPN iżda ma tħalliex għax mhux ikkunsidrat tajjeb biżżejjed. Każ ċar ta’ min ma jilħaqx l-għeneb jgħid li hu qares!

Leave a Reply

Your email address will not be published.