Michael Fenech Adami jagħmel like lill-kumment maħsub biex jattakka lil Adrian Delia

Il-bieraħ jien tellajt post dwar Ian Castaldi Paris fejn għidt li dan qed ikun imbuttat fuq it-tmien distrett minn Chris Cardona. Issa fuq it-tmien distrett joħorġu kemm Edward Zammit Lewis għall-Partit Laburista u anki Beppe Fenech Adami għal-Partit Nazzjonalista. F’dan l-artiklu għidt ukoll li Beppe Fenech Adami kien wieħed minn dawk li ffirma l-mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Ministru Zammit Lewis u li l-Partit Nazzjonalista ppretenda li tinstema b’urġenza.

Din l-istorja ma għoġbotx li xi ħadd, bl-isem ta’ Anthony Micallef, li tella’ kumment fejn staqsa x’hemm komuni bejni, Adrian Delia u l-Partit Laburista. Skont Anthony Micallef, dawn kollha jridu jeħilsu mill-istess nies biex kollox jibqa’ mistur. Fi kliem ieħor implika li jien u Adrian Delia qegħdin f’alleanza mal-Partit Laburista.

Dan il-kumment ħa żewg “likes” minn żewġ persuni. Wieħed hu persuna li hu magħruf fil-Partit Nazzjonalista bħala ta’ kontra Adrian Delia.

It-tieni wieħed ma kien ħadd għajr Michael Fenech Adami, ħu Beppe Fenech Adami. Fi kliem ieħor Michael Fenech Adami għoġbu kumment li sar kontra Adrian Delia.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *