Jason Azzopardi fetaħ attakk fuq imħallef li meta kien maġistrat fetaħ inkjesta fuqu dwar korruzzjoni

Kif kien irrapporta dan is-sit, tliet xhur wara li l-Lejber rebaħ l-elezzjoni fl-2013, id-Dipartiment tal-Artijiet kien għamel rapport lill-pulizija dwar propjeta’ li kienet tal-gvern f’Għajn Dwieli. F’dan ir-rapport, id-Dipartiment tal-Artijiet tkellem fost l-oħrajn dwar korruzzjoni u trading in influence. Dan ir-rapport kien jinvolvi direttament lil Jason Azzopardi għaliex hu kien il-ministru risponsabbli minn dan id-dipartiment u allura minn din il-biċċa art ġewwa Għajn Dwieli. Dan wassal biex infetħet inkjesta b’maġistrat. Sal-lum din l-inkjesta, li tikkonċerna lil Jason Azzopardi għadha mhix magħluqa.

Fil-jiem li għaddew kellna l-attakk minn Matthew Caruana Galizia u Jason Azzopardi fuq l-imħallef Giovanni Griscti dwar cabin cruiser li dan kien xtara mingħand George Fenech, missier Yorgen Fenech. Dak li l-ġurnali ma qalux huwa li dan Giovanni Griscti kien l-istess persuna, li meta kien maġistrat ma ddejjaqx jiftaħ din l-inkjesta kontra Jason Azzopardi fuq din il-biċċa art ġewwa Għajn Dwieli.

B’hekk wieħed jistaqsi. Ma nagħmlux mod illi l-attakk fuq l-Imħallef Griscti sar minn Jason
Azzopardi għaliex dan kien il-magistrat li propju beda l-investigazzjoni
dwar l-allegat korruzzjoni u ‘trading in influence’ li hu akkużat bihom
Azzopardi meta kien ministru tal-artijiet?

Giovanni Griscti ma leħaqx temm l-inkjesta għaliex kien promoss imħallef. L-inkjesta għaddiet għand Monica Vella. Sa fejn nafu aħna din ma għalqithiex, biss b’kumbinazzjoni ftit qabel ma ħarġet din l-istorja fuq l-imħallef Griscti, Monica Vella kienet ukoll fl-aħbarijiet u ġiet akkużata li kellha rregolarijiet fil-VAT, fejn kien hemm xi rċevuta nieqsa.

Forsi mela m’għandhiex tkun sorpriza allura li din il-magistrata ġiet attakkata fl-aħbarijiet għax ma tatx l-irċevuta tal-VAT lid-Dipartiment konċernat.

Donnu Jason Azzopardi jattakka lil kull min jaħseb li jista’ jaf dwar għawwaru.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *