Festi le: kunċerti iwa

Blog post minn osservatur politiku

Ħa nibda biex ngħid li jien wieħed minn dawk li ħadt l-injection kontra l-Covid19. Ħadt l-ewwel u t-tieni waħda. Biss ikolli ngħid li Marica Micallef kellha raġun. Kemm kien hawn min għajjarha. Biss kif qalet, il-boosters ġejjin f’Settembru. Ma jimpurtax. Jien lest neħdu. Qed ngħid dan biex ma nistemax li jien kontra l-injection. L-anqas xejn.

Biss ikolli ngħid li din id-deċiżjoni ġiet, kif jgħidu bl-Ingliż ‘at a perfect timing’. F’waħda Lovin Malta tagħtina breaking news u qaltilna li “Standing Events are back for vaccinated people and booster doses will start next month.” Hekk ħabbar Dr Chris Fearne dalgħodu.

Inzerta eżatt kif tħabbar li se jsir il-kunċert ta’ Joseph Calleja. Tgħid b’kumbinazzjoni? Hekk hemm serħan il-moħħ li numru ta’ nies jistgħu jħallsu biex jaraw dan il-kunċert ta’ Calleja fuq Il-Fosos tal-Furjana.

Hawnhekk wieħed jistaqsi, tgħid min inqeda b’din id-deċiżjoni? Tgħid din id-deċiżjoni ttieħdet biex jiġi aġevolat il-kunċert ta’ Joseph Calleja? Imma min hu l-aktar li gawda minnha din id-deċiżjoni?

Tajjeb li jiftħu l-attivitajiet kulturali. Biss kellna attakk sħiħ fuq il-festi minħabba l-covid. F’daqqa waħda spiċċa kollox basta wieħed ikollu l-injection. Infakkar li l-anqas quddies fil-beraħ nhar Santa Maria ma ħallew issir fejn kienu ser jinżammu d-distanzi!

Tajjeb li kull min ħa l-vaċċin kif qed titlob ix-xjenza jkun jista’ jattendi għal dawn l-attivitajiet kulturali li ilna neqsien minnhom għal diversi xhur minħabba l-pandemija. Imma nispera u nittama li din id-deċiżjoni ma saritx biex jiġi aġevolat xi ħadd partikulari.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *