Kemm qed jitħallas is-Segretarju Ġenerali u n-nies tal-istratigic team tal-Partit Nazzjonalista?

Il-bieraħ jien żvelajt l-istrategic team tal-Partit Nazzjonalista li fih hemm Lianna Cremona li taħt Christian Peregin, Matt Chetcuti u Neil Smart Costantino risponsabbli mis-social media.

Dan wassal biex ċertu Conrad Chircop jagħmel statement fuq dak li ktibt. Hu kkonferma dak li għidt u qal li dawn l-għażliet ta’ Christian Peregin ma kienux ħżiena anzi tajbin. Sa hawn ma għandix problema. Imkien ma ktibt li dawn kienu għażliet ħżiena. B’hekk ma nistax nifhem għala hu u sieħbu David Farrugia spiċċaw jagħmlu l-kumment li għamlu li qed nġib hawn taħt.

Biss nixtieq nistaqsi lil dan Conrad Chircop li jidher li għandu aċċess dirett għad-Dar Ċentrali biex jistaqsili waħda jekk dawn in-nies humiex imħallsa jew le?

Nafu li Christian Peregin hu mħallas madwar 72K fis-sena. Nafu li qabel is-segretarju tal-Partit Nazzjonalista ma kienx jitħallas. Illum Michael Piccinino huwa mħallas jew qiegħed hemm b’xejn? U jekk imħallas kemm qed jitħallas? Veru li għandu salarju ta 40 elf euro fis-sena? Mhux ser niktiblu biex nistaqsih għaliex meta ktibtlu fuq suġġett ieħor bqajt bla tweġiba.

Fuq kollox, Matt Chetcuti, Neil Smart Costantino u Lianna Cremona qegħdin b’xejn jew qed jitħallsu mill-Partit Nazzjonalista? Naħseb li dawn huma mistoqsijiet li jridu jiġu mwieġba. Vera li uhud minn dawn l-individwi għandhom salarju ta’ 40,000 u oħrajn ta’ 30,000k fis-sena? U jekk vera min qed iħallas dawn is-salarji?

Veru li hemm donaturi moħbija kif qed jingħad fil-kuruturi tad-Dar Ċentrali wara dawn is-salarji? Naħseb dawn huma mistoqsijiet leġittimi li jridu jsiru f’ġieħ it-trasparenza li tant jitkellem dwarha l-Partit Nazzjonalista. U jekk hemm kuntratturi wara dawn id-donazzjonijiet, dawn min huwa?

Infakkar li meta kien hemm Adrian Delia qatt ma kien hemm flus għall-operat tiegħu fil-Partit Nazzjonalista. Fuq kollox, il-Partit Nazzjonalista jitkellem dwar onesta fl-operat tiegħu.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *