Jason Azzopardi ma wiġibnix għall-mistoqsija jekk marx Londra biex jagħmel xirja?

Il-bieraħ, il-Ħadd, tellajt artiklu dwar il-fatt li Jason Azzopardi ħa rigali mingħand it-Tumas Group. Lovin Malta staqsew immedjatament lill-Partit Nazzjonalista dwar din l-istorja, u allavolja l-Ħadd, dawn ġew imwieġba mill-ewwel u malajr. Napprezza jekk Lovin Malta, jistaqsu dawn il-mistoqsijiet li jien għamilt lil Jason Azzopardi nhar il-Ġimgħa, 20 ta’ Awwissu. Dak in-nhar jien ktibtlu biex nistaqsih jekk hux veru li nhar 13 ta’ Awwissu, li ħabat il-Ġimgħa, hu kien fuq l-ajruplan ġew lura minn Londra fejn mar jagħmel xirja tajba, imma baqa’ ma rrispondinix. B’hekk, qed nerġa’ nagħmel din il-mistoqsija pubblika. Forsi il-Lovin Malta jindenjaw jistaqsuh dwarha u ma għandix dubju li jwieġibhom żgur.

Għaliex hemm bżonn ta’ tweġiba? Hemm bżonn ta’ tweġiba għaliex Jason Azzopardi hu avukat li jħobb jagħmel ħafna mistoqsijiet fuq in-nies. L-aħħar waħda kienet dwar cabin cruiser li xtara mħallef fl-2008 meta l-anqas kien għadu leħaq imħallef.

Fuq kollox nixtieq infakkar, li fil-kawża tas-separazzjoni li għandu mal-mara tiegħu, Azzopardi qal lill-imħallef Antonio Vella li mhux qed jaqla’ flus u għalhekk l-imħallef emmnu u naqqas il-manteniment lill-martu.

B’hekk hu mportanti li jgħid jekk hux veru jew le, li riċentament mar Londra u ġie lura Malta b’basktijiet mimilja prodotti tad-ditta.

Xi ħadd li kien fl-ajruplan saħaq miegħi li kien libes baseball cap sa taħt imnieħru. Għalhekk jien staqsejtu wkoll jikkonferma jekk kienx libes baseball cap meta kien ġej lura.

Nirringrazzjah bil-quddiem għat-tweġibiet tiegħu u ibqa żgur li jekk jibgħathom nippubblikahom.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *