It-team strateġiku ta’ Christian Peregin u n-nuqqas ta’ esperjenza tiegħu
Ittra minn qarrej ta’ dan il-blog
Hi Dr Mercieca,
Qed niktiblek din il-post li forsi tista’ tippubblikaha fuq il-blog tieghek. Insegwi l-politika lokali u nqatta’ ħinijiet fil-ġurnata nsegwi xi ttella’ int b’attenzjoni kbira fuq il-blog tiegħek, biss din hija l-ewwel darba li qed niktiblek. Nixtieq li nibqa’ anonimu jekk ma jimpurtax.
Inti l-bieraħ tellajt post dwar it-tim ta’ Christian Peregin. Dan it-tim hu kompost minn persuni li kienu jmexxu kampanji fil-Junior College u l-Universitá, fejn fil-Junior College kienu jirbħu biss meta jtellqu waħidhom. B’hekk qed nikteb dwar din l-istorja li ktibt dwar it-tim ta’ strateġija li għaqqad Peregin tal-LovinMalta li issa sar parti mit-tim ta’ Bernard Grech. Xtaqt naqsam ftit ħsibijiet dwar dan it-tim u wħud mill-persuni li qegħdin parti minnhom, għax inzertajt naf min huma.
Nibda biex ngħid li fuq Lianna Cremona u Matt Chetcuti ftit li xejn naf, u naħseb anke għal ħafna nies dawn huma żewġ persuni li tfaċċaw minn imkien. Biss dwar Neil Smart Costantino u Beppe Galea għandi xi ngħid. L-unika esperjenza politika li dawn it-tnejn tal-aħħar għandhom hija li kienu fil-passat jiffurmaw parti mill-għaqda studenteska fl-Universitá SDM.
Naf dan għall-fatt li jien kont l-Universitá fl-istess snin li kienu huma. Fil-fatt Smart Costantino għamel xi żmien bħala President tal-SDM, qabel ma’ mexa għall-MŻPN. Galea kien membru fl-esekuttiv tal-SDM u llum parti wkoll mill-MŻPN. Ngħiduha kif inhi, li l-bieb bejn l-SDM u l-PN huwa wieħed miftuħ mhux xi sigriet ta’ Fatima. Kif membri tal-SDM jispiċċaw mill-Universita, dlonk tarahom deħlin id-Dar Ċentrali fl-uffiċċju tal-MŻPN. Eżempju ċar ta’ dan huma l-President tal-lum tal-MŻPN, Gabriel Micallef u l-predecessur tiegħu Joseph Grech. It-tnejn li huma kienu Presidenti tal-SDM fis-snin li għaddew.
Biss il-fatt jibqa’ li mill-SDM ma takkwista l-ebda esperjenza politika ta’ vera. L-uniku suċċess għal Smart Costantino u Galea fl-SDM kien meta din l-għaqda telgħet fil-Kunsill Studenti Universitarji. Din l-għaqda kważi dejjem tkun hi biss li tikkontesta din l-elezzjoni fl-Universitá! Għaqda li ttellaq waħidha, rebbieħa dejjem hux hekk? Fil-fatt, meta jiġri hekk lanqas biss issir l-elezzjoni tal-KSU, bil-membri tal-SDM jieħdu posthom fil-KSU by default.
L-SDM tikkontesta wkoll fil-Junior College, fejn hawnhekk l-SDM qatt ma ttellaq waħidha, u dan jidher ċar. Fiż-żmien li Smart Costantino kien jokkupa l-kariga ta’ President, l-SDM qalgħet tkaxkira mill-istudenti tal-Junior College.
Issa imma, qegħdin fl-arena l-kbira, il-politika nazzjonali. Hawnhekk il-PN mhux biss ma jtellaqx waħdu iżda għandu avversarju politiku enormi li minkejja kull skandlu, jibqa’ jgawdi l-appoġġ ta’ maġġoranza kbira tal-poplu Malti u Għawdxi. B’hekk jidher, li Peregin (li baqa’ qatt ma ġie micħud mill-PN li qed jingħata pakkett finanzarju ta’ iktar minn 60,000 ewro) qed jibbaża ħidmietu b’team ta’ kampanja kompost minn min jidher li hu novell fil-politika bħal Lianna Cremona u Matt Chetcuti, kif ukoll minn Smart Costantino u Galea li ftit li xejn jafu x’jiġifieri li tmexxi kampanja elettorali ta’ livell nazzjonali.
L-esperjenza li huma għandhom hija dik ta’ kampanja elettorali quddiem ftit mijiet ta’ persuni. Din in-nuqqas ta’ esperjenza diġa qed narawha, fejn il-PN dan l-aħħar qabad juża stili ta’ marketing simili ħafna għal kampanji li kienet tmexxi l-SDM fl-Universitá u fil-Junior College. Imma dan ma jiswix karlin mal-votanti għax il-voti ma tirbaħomx bil-posters u kuluri sbieħ, iżda b’policies li jagħmlu sens u viżjoni li tħares għal diversi snin fil-futur. X’se tkun ir-reazzjoni tat-tesserati Nazzjonalisti meta jkunu jafu li l-PN kull ġimgħa qed jitlobhom il-flus sabiex jagħmel tajjeb għal paga ta’ Peregin li qed jafda fuq min m’għandux esperjenza politika?
Grazzi u l-jum it-tajjeb.
Onesta kbira ma hareg ismu imma semma ta dak li ghadhom mhux marrufa u dik il paga ta peregin kemm bil kurzeta u bil kurzet tibqaw he he he he. Mela trid thara qabel sur ghageb simon