Il-Prim Ministru maqbud bejn Ian Borg u Jean Claude Micallef fuq l-iżvilupp ġewwa Marsaskala

Il-pjan kollu ta’ Marsaskala qiegħed f’aħbarijiet. Dan qed iwassal biex deputati u ministri fl-istess Gvern qed jieħdu pożizzjoni differenti. Id-deputat Laburista, Jean Claude Micallef niżel wara r-residenti li huma bi ħġarhom kontra dan il-proġett.

Min-naħa l-oħra, il-Ministru Ian Borg u Oven Bonnici irid dan il-proġett b’saħħa kbira. Owen Bonnici hu deputat fuq dan id-distrett.

Fil-jiem li għaddew inħoloq sottokumitat għall-pjan ta’ riġenerazzjoni. Dan is-sottokumitat kien magħmul minn Ray Abela, kandidat fuq id-distrett ta’ Marsaskala u li kien qed iservi ta’ chairman. Fih kien hemm kuġinuh Eric Abela li hu anki żviluppatur u nies oħra li huma mitqiesha ta’ Owen Bonnici, fosthom iċ-chief of staff ta’ Owen Bonnici nnifsu.   

Minn sorsi li avviċinawni qaluli li dan il-kumitat twaqqaf minn wara dahar il-kunsill. Dwar dan saret anki mistoqsija parlamentari mid-deputat Laburista Jean Claude Micallef.

Dan il-kumitat ipprova jorbot lill-kunsill favur dan l-iżvilupp tal-Marina ġewwa Wied il-Għajn. Il-kunsilleri Ryan Portelli ressaq mozzjoni kontra dak li ried dan is-sotto-kumitat u b’hekk dan is-sotto kumitat ma irnexxilux jorbot lill-kunsill ta’ Wied il-Għajn mal-Marina li dan l-istess sotto-kumitat irid li tkun żviluppata ġewwa Marsaxlokk. Fi kliem ieħor, il-kunsillera marru kontra li jorbtu lill-Kunsill ta’ Wied il-Għajn mal-connession document li ħareġ favur l-iżvilupp ta’ din stess marina.

Minkejja dan kollu, jidher il-Ministru tat-Trasport ser jibqa għaddej bil-proġett. Għall-inqas kummenti li ta’ l-Ministru Ian Borg lill-Malta Independent qed ikunu nterpretati b’dan il-mod.

Issa l-ballun qiegħed għand il-Prim Ministru. Kulħadd jistenna jekk il-Prim Ministru, li nżerta joqgħod Marsaskala hux se jagħti direzzjoni lejn dak li Jean Claude Micallef qed jissielet għalih u li għandu l-maġġoranza tan-nies warajh jew li jagħżel li jħalli dan il-proġett isir.

Wieħed irid ifakkar hawn li Jean Claude Micallef kien wieħed mill-ftit deputati li kienu magħrufa u bil-miftuħ wara Robert Abela.

Fuq kollox, jidhru li r-residenti qed jorganizzaw ruħhom u saħansitra ser jagħmlu protesta pubblika kontra dan il-proġett nhar is-27 ta’ Awwissu 2021 ġewwa Marsascala stess.

B’reazzjoni għal dan l-artiklu kitbitli Angele Abela, li hija head of Secretariat fil-Ministeru ta’ Owen Bonnici. Hija kitbitli hekk:

Għażiż Dr Mercieca,

Nagħmel referenza ghal din l-istorja li dehret fuq il-portal tiegħek https://simonmercieca.com/2021/08/22/il-prim-ministru-maqbud-bejn-ian-borg-u-jean-claude-micallef-fuq-l-izvilupp-gewwa-marsaskala/ .

Irrid ninformak li jien ili li rrizenjajt mis-Sotto-kumitat imsemmi fl-artiklu tieghek, ghal ragunijiet personali, sa mit-3 ta’ Dicembru, 2020. 

Fis-Sotto-kumitat imsemmi ma kienx hemm “nies oħra li huma mitqiesha ta’ Owen Bonnici.” 

Jien residenta f’Marsaskala.

Inkun grata jekk tippubblika din il-kjarifika fil-blogg tiegħek.

Inselli għalik,

Angele Abela

One thought on “Il-Prim Ministru maqbud bejn Ian Borg u Jean Claude Micallef fuq l-iżvilupp ġewwa Marsaskala

  1. Ma ghandux ghalfejn Malta taghna ilkoll mhux ta sezjoni ta nies biss jekk ha jsir IL gied IL magoranza tirbah.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *