Il-PN ħareġ jiddefendi r-rigali li ħa Jason Azzopardi; ma jafux li anki ikliet b’xejn il-Blue Elephant Restaurant ħa Jason Azzopardi!
Permezz ta’ Lovin Malta, il-PN ħareġ jiddefendi r-rigali li ħa Jason Azzopardi mingħand it-Tumas Group. Skont il-PN, dak li għidt jien mhux minnu. Biex inkun eżatti ma ċaħdux dak li għidt. Qalu li hu “false equivalent” – jiġifieri komparagun li ma jreġix.
Jekk verament dak li qed ngħid jien mhux minnu, għala Jason Azzopardi ma qabbadx l-avukat tiegħu, Edward Debono, biex jiktibli u jheddidni b’libel?
Ngħid lill-PN li Jason Azzopardi mhux dawn ir-rigali biss ħa mingħand it-Tumas Group. Ħa rigali oħra, inkluż ikliet b’xejn fil-Blue Elephant Restaurant li hemm mal-Hilton, fejn skont l-Deputat Avukat Ġenerali tar-Repubblika, Philip Galea Farrugia, beda l-komplott tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Imbagħad, il-Partit Nazzjonalista skandalizza ruħu b’imħallef li xtara dgħajsa mingħand George Fenech u mbagħad jgħatti lid-deputat tiegħu stess, li meta kien ministru, ħa balla rigali mingħand it-Tumas Group. Imma għall-Partit Nazzjonalista, dan il-paragun ta’ rigali b’xejn mingħand Tumas ma jreġix max-xiri ta’ dgħajsa bil-prezz tas-suq minn imħallef.
Forsi fuq punt għandhom raġun Bernard Grech u sħabu. Dawn mhux Tumas Group tahomlu imma kien Jason Azzopardi li talabhomlhom!
Il PN jibqa japogga il korruzjoni ta Jason Azzopardi.