Arċisqof Scicluna jagħmel kumment li qed jitqies botta kontra Yorgen Fenech u t-Tumas Group

Il-bieraħ u llum, il-media tal-isqfijiet kellha żewġ artikli fuq Yorgen Fenech. Il-bieraħ kien irrappurtat li Yorgen Fenech xtara appartament għal 8 miljun euro fi Franza. Illum l-istess media qalet li Yorgen Fenech ried imur jgħix Miami u kien lest jillikkwida dak kollu li kellu f’Malta. Imbagħad daħal l-Arċisqof Scicluna li uża l-omelija tal-Ħadd u b’kumbinazzjoni qal li hawn nies li għandhom il-miljuni u ma għandhomx kwiet f’qalbhom. Bħal li kieku hu ma jgħix f’palazz ġewwa l-Imdina li jiswa l-miljuni!

Biss dan l-attakk mill-gazzetti tal-knisja juri kemm verament hija maħmuġa l-operazzjoni li għaddejja kontra l-image ta’ Malta waqt li jużaw lil Yorgen Fenech. Żgur li fl-ebda wieħed minn dawn iż-żewġ artikli li dehru f’Newsbook ma juru li Yorgen Fenech kien ser jaħrab. Anzi jikkonfermaw li dan ma kienx il-fatt. Dan juri l-aġenda ta’ ħdura u mibegħda li għandha llum il-Knisja kontra l-familja Fenech. U wisq probabli l-familja Fenech huma aktar Kattoliċi minn dawk li qed jingħaqad magħhom l-arċisqof Scicluna li spiċċa jagħmel lil Daphne qiesha xi Madre Tereza ta’ Kalkutta!

Ħadd ma jmur jaħrab f’Miami fl-Istati Uniti jew fi Franza. Fuq kollox l-artiklu tal-lum f’Newsbook jikkontradixxi dak li ntqal il-bieraħ mill-istess ġurnal, għaliex fil-artiklu tal-lum qalu li ried ibiegħ kollox u jmur jgħix fl-Istati Uniti u l-bieraħ qalu xtara post Franza, ġewwa Parigi. Jekk għandu l-flus, Yorgen Fenech għandu dritt jagħmel li jrid.

Minbarra, il-fatt li l-ġurnal tal-knisja qed jippubblika informazzjoni minn chats privati li m’għandhom x jaqsmu xejn mal-każ u li hemm projbizzjoni fuq il-pubblikazzjoni tagħhom.

Fuq kollox, illum l-Arċisqof Scicluna għamel omelija li qed titqies bħala botta diretta lil Yorgen Fenech wara l-pubbikazzjoni tal-artiklu tal-bieraħ f’Newsbook. Qal li hawn min għandu l-miljuni u ma għandux kwiet f’qalbu. Ħafna qiesu dan il-kumment barra mil-loku u rabtuh mal-akkuża li Yorgen Fenech xtara propjeta’ ġewwa Parigi. Dan żgur juri l-Arċisqof Scicluna huwa parti minn klikka voċifera li hija kontra Yorgen Fenech u akkost ta’ kollox, qabel biss ma għadu beda l-ġuri, trid tpenġih bħala assassin.

Leave a Reply

Your email address will not be published.