Where your opinion counts

Il-ġurnal tal-knisja jkompli bil-kampanja kontra Yorgen Fenech u jimplika li kien ser jaħrab lejn Parigi!

Il-ġurnal tal-knisja, Newsbook ħareġ b’waħda tajba. Yorgen Fenech xtara appartment jew hotel particulier ġewwa Pariġi. Milli jidher fiż-żona eżatt barra minn Pariġi. L-iskandlu milli jidher huwa fil-fatt li din id-dar tiswa 8 miljun euro! Illum għandna propjeta’ f’Malta li qed iġġib dan il-prezz. Knisja Kommunista spiċċat. Titkaża għaliex persuna xtrat – dejjem jekk veru – appartament f’Pariġi. Ma jafx il-ġurnal tal-knisja li llum hawn numru ta’ Maltin li xtraw propjeta’ barra minn xtutna. Nispera li issa nibda nsib artiklu dwarhom!

Biss jekk Yorgen Fenech jaffordja li jixtri propjeta’ barra minn Malta sewwa għamel. Biss dak li ma nistax nifhem hu li l-istorja ta’ din ix-xorta hija bbażata minn chats li kiteb Yorgen Fenech. Minn mindu, xiri ta’ propjeta, jiġo bbażat fuq chats u li dawn is-suppost qegħdin għand il-pulizija u mhux suppost qed joħorġu fil-pubbliku? Fuq kollox, sa fejn naf jien, Yorgen Fenech kien ġie nvestigat mill-Europol. Sabuha din il-propjeta’ jew le? U jekk iwa, kif tidħol f’dan id-delitt ta’ Daphne Caruana Galizia?  

Xiri ta’ propjeta jiġi bbażat fuq kuntratti. Hu hawn qed nitkellmu fuq stat fejn hemm effiċenza kbira fejn jidħol xiri ta’ propjeta’ għax jekk wieħed jixtri propjeta fi Franzċa u speċjalment f’Pariġi hemm ħafna taxxi x’wieħed iħallas. Jiġifieri nemmen li l-pulizija nvestigatx jekk din l-istorja hix minnha jew le u jekk minnha għaliex għadha ma ġabithiex bħala prova fil-qorti?

L-aqwa li għandna l-ġurnal tal-isqfijiet li joħroġ bi storja, meħuda minn chats li mhux suppost qed ikun ppubblikati u ma jivverifikawx jekk dan hux minnu u jekk hu minnu, jista’ xi ħadd jgħidli dan x’għandu x’jaqsam mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia?

Ma nagħmlux mod li dan qed jintqal għaliex issa ser noħorġu bit-teorija li Yorgen Fenech kien ser jaħrab Parigi. L-ewwel intqal li kien ser jaħrab Dubai. Ftit jiem ilu smajna li kien ser jaħrab fl-USA u issa ser nibdlu d-diska u l-ġurnal tal-isqfijiet qed jitfa botta li kien ser jaħrab Pariġi.  Ara liema persuna trid taħrab mill-ġustizzja u tagħżel pajjiż bħal Franza jew l-Amerika! Persuna li trid taħrab il-ġustizzja tagħżel pajjiż li miegħu Malta ma għandix ftehim ta’ estradizzjoni, u mela tmur Pariġi fi Franza!

Dan hu biss tfiħ ta’ tajn mill-ġurnal tal-knisja kattolika li suppost tipprietka l-imħabba imma ħlief  ħdura u mibegħda u żekżik fuq in-nies mhix kapaċi tippubblika!

One thought on “Il-ġurnal tal-knisja jkompli bil-kampanja kontra Yorgen Fenech u jimplika li kien ser jaħrab lejn Parigi!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *