Skont Arnaud, Yorgen Fenech ried jaħrab l-USA. Ma qalux li l-FBI kienu qed jiġru wara Yorgen minħabba l-armi?

Issa anki l-verżjoni ta’ fejn kien ser jaħrab Yorgen Fenech inbiddlet. L-ewwel intqal li kien ser jaħrab lejn xi pajjiż Għarbi. Wara niftakar naqra li kien ser jaħrab lejn pajjiż tal-Latin Amerika. Issa għandna l-aħħar verżjoni li kien ser jaħrab lejn l-Amerika.

Din hija l-verżjoni l-ġdida li s-supretendent Keith Arnaud ta lil qorti llum. Dan mhux il-pajjiż tal-FBI li tqabbdu biex jinvestigaw fuq Yorgen Fenech? Ara kif tista taħrab il-ġustizzja u tmur tgħix fl-Amerika, eżatt fil-US?

Mela l-FBI mhux kienet qed tiġri wara Yorgen Fenech kif l-editor in chief ta’ The Times of Malta, Herman Grech qal lill-avukat Anna Mallia u bagħatilha l-artikli dwar dan biex toqgħod taqrahom qabel torqod?

Jekk dan hux akkaniment mill-pulizija, ma nafx x’inhu akkaniment.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *