Jekk trid xi ħaġa mill-qrati sabbat saqajk u teħodha: Jason Azzopardi u l-familja Caruana Galizia qed juruna t-triq.

Blog post minn osservatur politiku

F’dak li ġara l-bieraħ fil-każ tal-bail ta’ Yorgen Fenech huwa ċar. Il-messaġġ li nbagħat, irrispettivament jekk hux minnu jew le huwa li jekk trid xi ħaġa mill-qorti, u trid tkun żgur li l-qorti tieħu deċiżżjoni favur tiegħek, arma aqla’ affarijiet fuq l-imħallef fil-media u teħdu. B’dik il-kwalita’ ta’ intimidazzjoni nserraħ rasi li fid-deċizzjoni kollox imur kif wieħed jixtieq.

Dan wassal biex l-avukati ta’ Yorgen Fenech jiktbu lill-Prim Imħallef. Bir-raġun li jkun hemm attakk mill-avukati tad-difiża kontra l-avukat tal-parte ċivili li dan għamel minn kollox biex jintimida l-imħallef. Mhux biss imma li għamel iben il-mejta, huwa xi ħaġa mhux biss ħażina u kerha imma sagrilega. Biex toħroġ xi ħaġa mill-arkivju li ma kien fiha xejn żbaljat jew kontra l-liġi, u tużha biex tintimida, hija xi ħaġa li ma titwemminx. Dan juri biss li din il-familja qed titħalla tagħmel li trid f’dan il-pajjiż.

Bir-raġun kollu l-avukati li qed jiddefendi lil Yorgen Fenech jiktbu liċ-Chief Justice li għaddejja kampanja ta’ intimidazzjoni kontra Imħallef li jrid jiddeċiedi fuq il-liberta proviżorja tal-klijent tagħhom. Huwa ċar kristallin li dik l-istorja li ħarġet fuq l-Imħallef Giovanni Griscti, dan kollu għax xtara dgħajsa tlettax-il sena ilu minn għand missier Yorgen Fenech, hija mhux biss daqqa taħt iċ-ċintorin imma hija wkoll xi ħaġa li tilgħab b’mod pervers kontra l-istess Imħallef.

Kemm hu sewwa li żżomm xi ħaġa fil-but fuq imħallef biex ittemmagħhielu fil-ħin propizzju biex tagħmel ċert li takkwista dak li trid. Din hekk tidher. L-isfortuna hi li ma tista’ qatt tipprova xejn. Għal darba oħra, b’mod perikuluż ħafna, ħallejna l-familjari tal-mejta, jinfluwenzaw dak li qed jiġri. L-ewwel kellna l-għażla tal-imħallfin u issa qlajjiet fuq imħallef ieħor minħabba liberta proviżorja.

Issa tajjeb wieħed jistaqsi wara li ma ġiex aċċettata it-talba għal-liberta proviżorja, x’se jgħid Matthew Caruana Galizia? X’se jgħid Jason Azzopardi? Saret ħaġa leċita issa il-bejgħ ta’ dgħajsa wara li l-ġudizzju ħareġ favur dak li riedu huma? Dan huwa travestiment tal-liġi. Dawn huma affarijiet li lanqas biss għandhom ikunu ammessi u jekk isiru għandhom jitressqu minn wettaqhom, fuq indħil tal-liberta tal-imħallef li jiddeċiedi b’mod trankwill u mhux taħt intimidazzjoni.

Din hija post tal-avukat tal-parte ċivili fuq facebook,

Din hija d-dgħajsa ta’ 50 pied li fl-2008 l-Imhallef Griscti xtara minghand George Fenech, missier Yorgen Fenech. Taf tistħi?”

Imma possibbli li Dr Jason Azzopardi jistaqsi lil xi ħadd jekk jafx jistħi? Dan ħaseb li qed jgħix ġo pajjiż fejn kulħadd għandu memorja qasira? Dan qed jimmaġina li xi ħadd se jinsa, li mingħajr mistħija ta’ xejn mar il-Hilton ta’ Tel Aviv, qagħad kemm ried u ma ħallas xejn għax ħallaslu ħaddieħor? Dan qed jaħseb li tixtri dgħajsa u tħallas għaliha kemm suppost hija xi ħaġa kontra l-liġi, u tmur tibbamja vaganza ma tkun qed tagħmel xejn ħażin, meta fiż-żewġ każi hemm imdaħħla l-istess familja?

Imma possibbli dan l-avukat wiċċu u t-toqba t’għajnu l-istess? Kellhom raġun l-avukati tad-difiża jgħidu li Dr Azzopardi kien jaf li l-imħallef ma setgħax jirrikuża ruħu minħabba li xtara dgħajsa mingħand missier l-imputat għax ma kienitx raġuni valida għax mhux imniżżla fil-lista tal-kodiċi kriminali. Mela dak kollu li għamlu Dr. Azzopardi u Matthew Caruana Galizia kien biss biex jintimidaw jew jinfluwenzaw lill-imħallef.

Ikolli naqbel ma dak li kitbu l-avukati tad-difiża li:

The letter sent to abusively and the contents of which were published by the same lawyer on his Facebook page, along with insults in various posts, all of which were uploaded today before the judge’s decision, are nothing but a continuation of a campaign of systematic intimidation in collaboration with the media, with the intention of prejudicing and abuse of the accused’s rights at the expense of a fair hearing.”

Bilfors ikollok tgħid li ma jistax ikun li naraw din l-intimidazzjoni għaddejja u qisu ma ġara xejn. Hija tal-mistħija kif imħallef jiġi intimidat jew ippersegwitat u l-ġudikatura tħalli kollox għaddej qisu xejn mhu xejn. Jekk din se tibqa’ għaddejja u ma ssirx kjarifika mill-għola organu tal-istess ġudikatura, qed niftħu l-bibien ‘l quddiem biex imħallef jiġi intimidat fuq kull ma seta’ wettaq, anke legalment, tul ħajtu.

Sewwa qalu li Azzopardi qed ikejjel b’xibru. Għax hu talab u reda’ minn fuq Ta’ Tumas allura jaħseb u jinsinwa li kulħadd għamel jew qed jagħmel bħalu. Dr Azzopardi jrid idaħħal f’moħħu li mhux kulħadd għandu wiċċ ta’ karkura bħalu.

One thought on “Jekk trid xi ħaġa mill-qrati sabbat saqajk u teħodha: Jason Azzopardi u l-familja Caruana Galizia qed juruna t-triq.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *