Imħallef li xtara boat mingħand missier Yorgen ma’ jistax jagħmel ħaqq, imma maġistrata tista’ tagħti ġudizzju anki jekk il-partner tagħha kien jieħu x-xogħol mingħand Jason Azzopardi!

Mela issa skont Jason Azzopardi, li persuna xtrat dgħajsa jew boat mingħand missier Yorgen Fenech sar potenzjalment reat u dan ma għandux jiddeċiedi fuq il-każ tal-bail ta’ Yorgen Fenech. Dan qed jgħidu peress li l-imħallef Giovanni Grixti ġie akkużat li xtara dgħajsa mingħand George Fenech, missier Yorgen Fenech. Mela issa George Fenech ma għadux businessman rispettabbli.

Biss nixtieq infakkar li bl-istess argument ta’ Jason Azzopardi, huwa ma għandux ikun avukat f’dan il-każ għaliex ħa rigal u – mhux xtara xi ħaġa – mingħand il-familja Fenech. Tajba wkoll. Min jieħu xi rigal qaddis imma min xtara xi ħaġa b’mod legali jsir potenzjalment korrott u mhux kapaċi jagħti ġudizzju tajjeb.

Biss imbagħad li l-partner ta’ Rachel Montebello, l-avukat Patrick Valentino hu ħabib ta’ Jason Azzopardi ma jimpurtax. Dan ma kellux influwenza kif din il-maġistrata rrifjutat li tagħti l-bail u kif qatgħet u tat ċertu digrieti fuq disprezz!

Li Jason Azzopardi kien jgħaddi x-xogħol lil Patrick Valentino hu fatt magħruf. U li Patrick Valentino huwa ħabib kbir ħafna ta’ l-avukat Kris Busietta, li qiegħed fl-istess firm ta’ Jason Azzopardi ma jimpurtax. Imbagħad l-anqas jimporta li Kris Busietta qed jidher għal wieħed li potenzjalment jista’ jkun involut fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Mela bl-istess riga li qed juża Jason Azzopardi fuq l-imħallef Giovanni Grixti tista tintuża fuq Rachel Montebello u wieħed irid u jista’ jgħid li din il-maġistrata kellha l-wiċċ u l-ardir li tisma’ u tippresidi fil-kompilazzjoni tax-xhieda kontra Yorgen Fenech.

Ħalluna ngħixu.

One thought on “Imħallef li xtara boat mingħand missier Yorgen ma’ jistax jagħmel ħaqq, imma maġistrata tista’ tagħti ġudizzju anki jekk il-partner tagħha kien jieħu x-xogħol mingħand Jason Azzopardi!

Leave a Reply

Your email address will not be published.