Where your opinion counts

Tal-mistħija: Malta kollha taf bl-att t’akkuża barra Yorgen Fenech

Illum The Times tatna l-aħbar li Yorgen Fenech ġie mqiegħed taħt att ta’ akkuża jiġifieri ser jgħaddi ġuri. Dak li ma qalitx The Times hija li hija kienet taf b’din l-aħbar qabel l-akkużat innifsu.

Dan hu l-istat tal-biki li tinsab fih Malta llum. Fejn huma tar-rule of Law issa? Fejn hu l-istat ta’ dritt f’dan il-każ kollu. Il-gazzetti jkunu jafu qabel l-akkużat dak li ser jiġri minnu. Imbagħad tiskanta kif The Times tirrapporta kif tirrapporta fuq dan il-każ. Dan hu l-istat tal-biki li jinsab fih pajjiżna.

Infakkar li l-ħruġ ta’ din l-att ta’ akkuża hija risponsabilita’ tal-uffiċju tal-avukat ġenerali u f’dan il-każ tad-deputat avukat ġenerali Philip Galea Farrugia. Dan irid jispjega kif att bħal dan jasal għand il-media qabel l-akkużat u l-akkużat isir jaf x’ser jiġri dwaru mill-media.

Imbagħad irid jikkonvinċu lill-poplu li ma hawnx frame up. U żgur u dak li ġara llum fil-qorti jkompli jikkonferma kemm hemm ħmieġ f’dan il-każ.

Istħu jekk tafu.

One thought on “Tal-mistħija: Malta kollha taf bl-att t’akkuża barra Yorgen Fenech

Leave a Reply to John Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *