Jason Azzopardi u Rachel Montebello għamlu tagħhom il-gideb tad-deputat avukat Ġeneral Philip Galea Farrugia

Illum qrajna fl-aħbarijiet li l-deputat avukat ġeneral, Philip Galea Farrugia, iddeċida li joħroġ l-att ta’ akkuża kontra Yorgen Fenech. Id-deputat avukat ġenerali Galea Farrugia ħareġ dan l-att ta’ akkuża meta l-avukati ta’ Yorgen Fenech għamlu talba għall-ħelsen mill-arrest ta’ Yorgen Fenech liema talba kienet qed tinstema’ quddiem l-imħallef Grixti.

Infakkar li sa ftit ilu dan l-istess avukat ġenerali kien qed jgħid fil-qorti, quddiem il-maġistrata Rachel Montebello, li għandu aktar xhieda x’iġib. F’daqqa waħda din ix-xhieda kollha mportanti li kellu x’iġib u li minħabba fiha Yorgen Fenech ma ngħatax il-liberta provizorja, għosfrot mar-riħ.

Fuq kollox, kellu dan id-deputat avukat ġenerali jġib lil Keith Schembri għall-kontro-eżami u ma ġabux. Fis-seduta quddiem Montebello li jmiss, kellu jitkompla l-kontro-eżami ta’ Matthew Caruana Galizia. B’daqqa ta’ pinna, dan kollu waqaf u dan il-kontro-eżami waqaf wara li fl-aħħar seduta Matthew Caruana Galizia beda jħawwad bis-sħiħ u jikkontradiċi lilu nnifsu.

Biss il-kbira qedha hawn. Dan id-deputat avukat ġenerali kien għamel argument  quddiem il-Maġistrata Montebello li Yorgen Fenech ma għandux jingħata l-bail għaliex għandu aktar xhieda x’iġib u b’hekk Yorgen Fenech seta’ jikkontaminiha u minħabba li seta’ jaħrab. Il-maġistrata Montebello emmnitu. F’daqqa waħda, ix-xhieda ma għadhiex importanti. Dan jikkonferma kemm dak li jgħid dan id-deputat avukat ġenerali mhux minnu. Kieku verament kellu aktar xhieda xi jġib ma kienx imur jiġri joħroġ il-bill of indictment, u dan jispiċċa għand il-media qabel ma sar jaf bih l-akkużat.

B’hekk issa Yorgen Fenech ser imur ġuri. Fuq dan ser nikteb separatament. Biss il-kumpilazzjoni tiegħu għamlitha l-Maġistrata Rachel Montebello li s-sieħeb tagħha hu l-ħabib ta’ Jason Azzopardi. U dan fatt. Rachel Montebello dejjem emment dak li qal Philip Galea Farrugia, inkluż meta qal li ma għandhiex tingħata l-liberta proviżorja għax għandu aktar xhieda x’iġib. F’daqqa waħda dawn ix-xhieda kollha li tant kienu importanti li minħabba fihom Yorgen Fenech ma ngħatax il-liberta’ proviżorja sparixxew.

Verament qrati u sistema ta’ ġustizzja maħmuġa.

Biss il-gideb ma waqafx hawn. Philip Galea Farrugia qal li Yorgen Fenech kien ser iġib cyanide, bullets, hand grenades u ma nafx xix. Fuq dan ser nikteb separatament. Kull ma ngħid li dan il-gideb kollu emmnu biss Jason Azzopardi u sejħilhom fatti.

Każ mibni fuq ħrejjef biex min verament hu ħati tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia qatt ma jinqabad.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *