Id-deputat avukat ġenerali ma ġabx prova waħda li Yorgen Fenech ordna velenu u pistoli u Jason Azzopardi jgħid dawn fatti!

Illum id-deputat avukat ġenerali tar-Repubblika, Philip Galea Farrugia qal li Yorgen Fenech ordna cyanide, hand grenades, submachine guns u bullets u ma ġabx prova waħda ta’ dak li qal.

Imbagħad Jason Azzopardi u l-ġurnali li jappoġġawh għamlu dan kollu bħala fatt. Il-ġurnali ġabu dan fit-titlu tal-artikli tagħhom. Infakkar li meta ssemmiet il-famuża dark web, il-pulizija qalet taħt ġurnament fil-qorti li ma setgħux jinvestigaw għaliex dan is-sit kien leħaq ingħalaq.

Illum id-deputat avukat ġenerali jgħid li dan ried iġibhom Yorgen Fenech. Id-daħqa hija li d-deputat avukat ġenerali jgħid li għandu l-provi biex jissustanzja dak li qed jgħid imma mbagħad ma riedx jippreżenta l-prova jew provi fil-qorti.

Imbagħad itella’ post Jason Azzopardi u jgħid li dawn fatti.

Dawn affarijiet tal-blieh.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *