Bl-iskiet tiegħu fil-qorti, Kenneth Camilleri ikkonferma li hemm affinita bejn Jason Azzopardi u Keith Schembri

Blog post minn osservatur politiku

Mhux normali nikkummenta fuq il-kompilazzjoni ta’ Yorgen Fenech biss f’dak li qrajt fil-ġurnali b’relazzjoni ma dak li ġara fil-qorti riċentament, ma nistax ma nikkummentax u ma ngħidx li Dr. Simon Mercieca għandu raġun f’dak li qed jikteb.

Dak li laqgħat lili f’din is-seduta ta’ kien in-numru ta’ mistoqsijiet fil-qorti li d-difiza għamlet fil-kontro-eżami lil Kenneth Camilleri. Dawn il-mistoqsijiet kixfu affarijiet li qatt ma stajna nimmaġinaw qabel. Waqt li Kenneth Camilleri kien fuq il-pedana tax-xhud, suppost jirrispondi mistoqsijiet, huwa rrifjuta li jagħti diversi tweġibiet. Dan aktar tefgħu dubju fuq diversi aspetti f’din il-kawża. Dubju ntefgħu wkoll fuq l-onesta tal-parte ċivili f’dan il-każ u l-prosekuzzjoni li spiċċaw jaqbżu għal Kenneth Camilleri.

Meta tisma’ il-mistoqsijiet magħmula mill-avukat tad-difiża Charles Mercieca, wieħed jibda’ jifhem li jista jkun hemm affiljament bejn persuni li ħadd forsi ma basar li jistgħu jeżistu. F’dan ir-rigward wieħed irid jistaqsi jekk Repubblika u Occupy Justice humiex se jipprotestaw fuq il-kunflitt ta’ interess u relazzjoni sigrieta bejn Jason Azzopardi u Keith Schembri? Dan ħareġ ċar minn dawn il-mistoqsijiet.

Għalkemm Kenneth Camilleri, li kien jaħdem bħala membru tas-sigurta’ fl-uffiċju tal-Prim Ministru, ma ta ebda tweġiba għal diversi mistoqsijiet magħmula, xorta wieħed jibda jaħseb li xi ħaġa hemm.

Ħalli naraw is-sensiela ta’ mistoqsijiet magħmula mill-avukat difensur, Dr. Charles Mercieca:

Inti tajt ix-xhieda tiegħek bil-bibien magħluqa waqt l-inkjesta għax waqt li kont qed tixhed ridt taħbi xi ħaġa?

Kont qed tibża’ minn xi ħadd?

Kellimtu lil Jason Azzopardi?

It-testimonjanza tiegħek ikkonfermat dak li Yorgen Fenech qal lill-investigaturi dwar Keith Schembri?

Mela inti tajt ix-xhieda tiegħek bil-bibien magħluqa biex tipproteġi lil xi ħadd ieħor?

Inti ridt tispjega x’ġara meta mort tiltaqa’ ma’ Melvin Theuma?

 X’qallek biex twiegħed Keith Schembri?

Li int kont il-‘henchman’ ta’ Keith Schembri?

Li int ma għidtx dan lill-investigaturi?

Li int ħbejt anke din mill-investigaturi?

Kemm-il darba kkomunikajt mal-investigaturi?

Fl-aħħar Kenneth Camilleri tkellem u qal “Ma nistgħax niftakar kemm-il darba. Ħafna drabi”.

Dr Mercieca kompla jistaqsi jew jgħid,

Mhux lil dawn l-investigaturi biss. U dejjem għidtilhom li int ma kontx taf lil Yorgen Fenech?

Kenneth Camilleri jgħid li jirrifjuta jirrispondi. Il-mistoqsijiet mill-avukat Mercieca jkomplu.

Kemm-il darba tkellimt ma’ Jason Azzopardi qabel tajt ix-xhieda tiegħek bil-bibien magħluqa?

Il-mistoqsija ġiet meqjusa mhux aċċettabbli.

X’qallek Melvin Theuma meta mort tiltaqa’ miegħu ħdejn il-bieb tad-dar tiegħu meta mort tagħmilha tal-‘henchman’ ta’ Keith Schembri?

Kemm-il darba ltqajt ma’ Theuma?

Imma Camilleri ma jirrispondiex waħda minn dawn il-mistoqsijiet. Meta tisma’ mistoqsijiet bħal dawn ma tistaqsiex lilek innifsek, għaliex mhux qed iwieġeb Kenneth Camilleri? Kif issemma Jason Azzopardi f’dawn il-mistoqsijiet? Għaliex qed isemmi lil Jason Azzopardi l-avukat difensur? X’għandu x’jaqsam f’dan kollu Jason Azzopardi?

Dan mhux każ ċar ta’ konflitt ta’ interess mill-avukat suppost tal-parte ċivili? Infakkar li dan l-avukat ma għamel l-ebda mistoqsija fil-qorti dwar Keith Schembri. L-anqas rass lil Melvin Theuma dwar Keith Schembri. Imbagħad jiġu dawn il-pseudo għaqdiet tas-Soċjeta Ċivili jgħid li jridu azzjoni kontra minn mexxa l-qtil kontra Daphne Caruana Galizia min-naħa tal-istat! Kif wieħed jara, dawn il-mistoqsijiet iqajmu ħafna kurżitajiet waqt li jkomplu jixkfu aktar ħbiberiji moħbija li jeżistu, li l-istess Socjeta Ċivili, Repubblika, Occupy Justice u Manuel Delia jridu jnessuna dwarhom.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *