Salvu Mallia jgħajjar il-Partit ta’ Bernard Grech “bażwi”
Tliet ijiem ilu, Salvu Mallia tella’ post biex jgħajjar il-Partit Nazzjonalista taħt Bernard Grech bħala wieħed “bażwi”. Dan kien wieħed mis-super candidates ta’ Simon Busuttil. Dan kien wieħed minn dawk li beda jippontifika lit-tesserati Nazzjonalisti kif kellhom jivvutaw għall-kap Nazzjonalista, wara li fl-elezzjoni tal-2013 ivvota Lejber. Dan kien wieħed minn dawk li ħadem biex jittajjar Adrian Delia għaliex il-Partit Nazzjonalista, skont hu, kien ser ikollu futur taħt Bernard Grech.
Illum kważi sena wara li nbidel il-kap qed ikollu jammetti li għamel ġudizzju ħażin għaliex tella’ post u fih qal li l-Partit Nazzjonalista tal-lum hu bażwi. Dan wieħed minn dawk ta’ Repubblika, ta’ Manuel Delia u taċ-CSN u ta’ Occupy Justice. Fi kliem ieħor ta’ dawk li llum qed imexxu lill-Partit Nazzjonalista. Basta keċċew lil Adrian Delia.
Verament il-każ ta’ min xarbu qed jieklu l-bakkaljaw!

Proset doggyman Taf xi tighd