Għaliex ma sarx survey dan ix-xahar: bla ma jaf l-editorjal tal-gazzetta KullĦadd tatna t-tweġiba

Normalment fl-ewwel żewġ t’iħdud ta’ kull xahar, ikollna xi survey. Hekk konna mdorrijin meta Adrian Delia kien mexxej tal-Partit Nazzjonalista. Issa Adrian Delia ma għadux mexxej. F’daqqa waħda is-surveys waqqfu. L-aħħar surveys li saru bdew juru l-qagħda disastruża li jinsab fiha l-Partit Nazzjonalista. Ħadd ma għadu interessat li jtella’ survey aktar.

Anki jekk wieħed ma jaqbilx mal-ħsieb editorjali tal-gazzetta Kullħadd, dan hu editorjal li tajjeb jinqara għaliex tant huma ħżiena l-affarijiet illum fil-Partit Nazzjonalista. Naħseb bla ma jaf l-editur tana t-tweġiba għaliex ma hux isiru surveys, għaliex tant kissruh dan il-partit, dawk li jsejħu lilhom infushom tas-soċjeta ċivili, li l-media li tissupportjahom aħjar ma tippubblikax aktar ir-riżultat traġiku li ġabet lill-Partit Nazzjonalista fih. Bi ‘ħbieb’ bħal dawn l-anqas għandna bżonn surveys biex jgħidulna li l-affarijiet sejrin ħażin.

Leave a Reply

Your email address will not be published.