Tkompli l-kampanja kontra l-kandidat Nazzjonalista Alex Borg minn Repubblika u sħabhom

Wara li jien tellajt storja f’dan is-sit fejn għidt li saret laqgħa fid-Dar Ċentrali li fiha kienu preżenti Alex Borg, Christian Peregin, Peter Agius u Michael Piccinino, komplew l-attakki kontra Alex Borg minn Repubblika u s-segwaċi tagħhom.

Persuna minn Għawdex, li jismu Frank Piscopo tella’ post fejn kixef għala dawn l-attakki ser ikomplu. F’dan il-post hemm referenza għall-fatt li Repubblika stenniet li joħroġ stqarrija u jiċħad dak li qal. Fi kliem ieħor rieduh kif Stalin u l-Faxxisti kienu jagħmlu kontra l-avversarji tagħhom. Kull ma jonqoshom huwa li jagħtuh iż -żejt tar-riġnu. Hawn huwa l-post ta’ Frank Piscopo.

Fl-istess ġurnata, kiteb Manuel Delia kontra Alex Borg, jakkużah kif kienu jagħmlu l-faxxisti u Nazisti, li hu għadu tal-poplu. Ma nafx għaliex Manuel Delia assoċja lil Alex Borg miegħi. Manuel Delia jagħtina dettall ieħor. Jgħid li Peter Agius għamel pressjoni ma’ Alex Borg biex jibla’ kliemu. Tajba wkoll. Ara f’liema livell ta’ oppressjoni waqa’ l-Partit Nazzjonalista. Mela f’dik il-laqgħa li saret fid-dar Ċentrali, li għaliha kien hemm preżenti Peregin, Piccinino u Agius, dawn kollha kienu qed jaġixxu fuq istruzzjonijiet ta’ Repubblika u Manuel Delia. Daqshekk għadu indipendenti llum il-Partit Nazzjonalista. Dan hu dak li kiteb Manuel Delia.

Ma’ Manuel Delia assoċjat ruħha, mingħajr ma għamlet l-ebda referenza għalih, Moira Sciberras. Moira Sciberra tellgħet post biex titlob lil Alex Borg jikkundanna dak li ktibt jien fuq din l-istorja. U f’dan il-post, assoċjat lil Alex Borg miegħi.

Moira Sciberras missha staqsiet lill-Partit Nazzjonalista joħroġ stqarrija jekk dak li jien ppubblikajt hux minnu jew le. Imma le. Infexxet f’attakk fuq Alex Borg.

Minn meta s-sewwa għandha tiġi kkundannat u miċħud kif iridu dawn is-sinjuri kollha? Tafu x’misshom kitbu? Li Alex Borg, fix-xena tal-immudellar, huma Mr. World Malta. Huwa avukat żagħżugħ, bin il-mibki Tony Borg, is-segretarju ta’ Giovanna Debono għal snin twal. Tafu x’inhi l-verita’? Li dan iż-żagħżugħ hu maħbub minn kulħadd f’Għawdex. Għalkemm kien kunsillier tal-PN ġewwa l-Fontana, kien jgħin lil kulħadd. Dan hu l-istil ġdid taż-żgħażagħ li għandu bżonn il-PN. Minflok qalulu grazzi, tar-Repubblika u sħabhom iridu joqtluh politikament għaliex mhux aħdar u ma jmexxi l-ebda agenda ta’ mibegħda ġewwa Għawdex, imma bħal missieru, jgħin lil kulħadd, kemm dawk li huma Nazzjonalisti u anki lil-Laburisti.

Fuq kollox, mhux imqiet u ma jappartjenix għall-ewwel tier.

One thought on “Tkompli l-kampanja kontra l-kandidat Nazzjonalista Alex Borg minn Repubblika u sħabhom

Leave a Reply

Your email address will not be published.