Where your opinion counts

Il-flus mill-passaport ma għadhomx maħmuġa għall-Knisja: dawk li ġab Adrian Delia għall-karita’ kienu!

Blog post minn osservatur ;politiku

Bqajt skantat li l-knisja ftaħret li se tixgħel il-faċċata tal-knisja tal-Mosta grazzi għall-finanzjament mill-Gvern. Tajjeb li l-Gvern jgħin lil dioċesi Maltija u Għawdxija jsebbħu postijiet bħal ma huma l-knejjes li huma wkoll attrazzjoni kbira turistika. Imma niskanta kif għandna arċisqof li issa spiċċa jaċċetta flus li hemm akkużi fuqhom li huma maħmuġin.

Newsbook qalilna li se tiġi nstallata sistema ta’ dawl estern fis-Santwarju Bażilika ta’ Santa Marija tal-Mosta. Din se tiġi tiswa’ €850,000 u se titħallas mill-flus tal-bejgħ tal-passaporti u huwa dan li huwa nkwetanti. Mela waqaf l-arċisqof jitkellem fuq is-saltna tad-dritt? Mela għal Newsbook u l-arċisqof, il-flus li kien ġab Adrian Delia kienu maħmuġa?

Mid-dehra l-flus mill-bejgħ tal-passaporti ma għadhomx maħmuġa. L-arċisqof ma kellux problema biex jaċċetthom għaliex il-bejgħ tal-passaporti ma għadux jikser is-saltna tad-dritt. Fejna l-kanċilliera tat-Tribunal Eċċleżjastiku li tipprotesta ma’ Repubblika u biċċa waħda ma’ Manuel Delia? Mela issa l-bejgħ tal-passaporti ma għadux ħażin?

B’din il-mossa, l-arċisqof tilef kull opportunita’ li jista’ ‘l quddiem jitkellem fuq din is-saltna la aċċetta flus ġejjien mill-bejgħ tal-passaporti. Jaf u jaf sewwa li l-passaporti li qed jinbiegħu f’pajjiżna qed jinxtraw min-nies li jħallu ċertu dubju. Dan il-bejgħ ġie anki kkritikat minn aġenziji internazzjonali. Kien anki ġie kkritika minn Repubblika u magħhom l-istess kanċilliera tat-Tribunal tal-Knisja Maltija.

Nispera li ma nużawx l-iskuża li din hija il-faċċata tal-knisja u mhux fil-knisja. Din hija skuża li ma treġġiex għax il-faċċata hija wkoll parti mill-knisja. Li kieku s-segretarju parlamentari mar il-Mosta jiftaħar b’dak li se jsir u jgħid li l-flus ġejjin mil-kaxxa ta’ Malta kien ikun aċċettabli. Imma li se jintefqu daqshekk eluf imma ġejjin minn bejgħ u minn proġett li qed ikun kunsidrat li qed iċappas lill-Maltin u l-Għawdxin ma’ nies ta’ kwalita’ u mhux ta’ reputazzjoni tajba, ma nħossx li hu sewwa li issa l-knisja taċċetthom. Għall-inqas il-knisja Maltija kienet iżżomm ma dak li tipprietka.

Il-knisja hija istituzzjoni li għandu tkun ‘l fuq minn dan kollu u żomm ma dak li tippriedka. Jekk il-flus jistgħu jiġu biss minn dak il-fond, aħjar kieku baqgħet b’xejn milli ċċapset ma’ dik il-lista ta’ nies li skont l-istess għaqdiet, li tappoġġa l-knisja l-istess Knisja, jgħidu li dawn huma maħmuġin. Inutli jippruvaw jgħidulna li din il-knisja imprezzabbli jżuruha eluf kbar ta’ barranin, għax ma hux argument li jikkonvinċi biżżejjed li tħalli lill-Knisja titħallat ma’ dan it-tip ta’ xiri li għal ħafna Maltin mhux meqjus bħala ħaġa onesta.

Fil-verita’ hija din l-aċċettazzjoni ta’ dawn il-flus turi kemm kienet aġenda politika meta l-knisja, jew aħjar l-arċisqof ma aċċettax l-flus li ġab Adrian Delia għall-karita’. Dak in-nhar il-knisja qalet li mhux ser taċċetta dawn il-flus għax jistgħu jkunu mis-sorsi li huma dubjużi. L-aċċettazzjoni ta’ dawn il-flus għall-knisja tal-Mosta turi biss li l-arċisqof Scicluna ma riedx dawn il-flus li ġab Adrian Delia, mhux għax kienu maħmuġa, imma għaliex kien f’alleanza ma’ klikka li riedet bil-fors teqred lil Adrian Delia.

Verament kif jgħidu li ż-żejt telgħa f’wiċċ ilma.

2 thoughts on “Il-flus mill-passaport ma għadhomx maħmuġa għall-Knisja: dawk li ġab Adrian Delia għall-karita’ kienu!

  1. Huwa tghid xi darba kien hazin il-bejgh tal-passaporti ? kienet skuza banali ghal dawk li jpretenduwa tal qaddisin iktar mil-Papa. Tal-oqbra mbajda. Meta taf li hemm uffizzji ta membri Parlamentari nazzjonalisti ji joffru s-servizz ta konsulenza ta kif tista tiehu ic-cittadinaza. Jigifieri li dawn jghidu li serq sfaccat imma jghidulek kif ghandek taghmlu das-serq. U ic-cittadin x’ghala mouse min qed ihallas biex jidhol fl-ewropa, meta mid-dhul tieghu qed isiru daqshekk gid ghal poplu Malti. Alla hares ma kienx il-bejgh ta cittadinaza ghaz-zmienijiet tal-pandemija. veru kaz ta l-gheneb qares. Ma kienux kapaci jaghmlu bhal ma , fuq kollhox , qeghdin jaghmlu pajjizi ohra, allura ahna korrotti u kalpestajna l-isem ta Malta. Miskin il-marid meta jsibx medicina li tahjieh.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *