Adrian Delia baqa’ jżomm sod u bħalu jridu jagħmlu n-Nazzjonalisti ġenwieni biex dan il-partit ikun rebbieħ

Blog post minn osservatur politiku

Il-Ħadd 15 ta’ Awissu, jiġifieri fl-eqqel tas-sajf, nixtieq nistieden lin-Nazzjonalisti jirrifletti ftit fuq x’qed jiġrilu l-Partit Nazzjonalista fil-jiem sajfin. Donnu s-sħana titla’ fl-irjus u ma tħalliex ċertu nies bi kwiethom. U forsi għax din is-sena x-xemx qed tiżreġ ħafna iżjed u t-temperaturi qed jogħlew b’numri allarmanti, jista’ jkun li din is-sħana qed ikollha effett fuq diversi nies li jimmilitaw fil-Partit Nazzjonalista. Jista’ jkun li qed ikollha effett fuq it-trankwillita’ ta’ ħafna, li suppost iġib miegħu s-sajf.

Ma nistax jifhem kif jarmaw jattakkaw lil xulxin ħafna iżjed minn żminijiet oħra. Nifhem li dan iż-żmien anke d-deputati għandhom jkunu iżjed kalmi u paċefisti, minflok jinfexxu f’xulxin b’attakki miktuba u mlissna. Kif ma jafux joqgħodu kwieti. Mid-dehra, fil-Partit Nazzjonalista, x-xahar tal-bluha ma għadux Frar imma qaleb għal Awissu.

Qed ikun dejjem is-sajf li jġib miegħu aktar tgħajjir, aktar firda, aktar inkwiet u aktar ġlied reali u mhux artifiċjali. Li tgħid kelma u tgħaddi hija ħaġa, imma li tippjana kif se tagħti bl-istalletti lil xi wħud minn sħabek, ma tgħaddi qatt. U oħroġ il-għaġeb l-attakk kien dejjem qed isir fuq Adrian Delia allavolja ma għadux kap.

Imma din is-sena l-attakki twessgħu biex jilħqu aktar nies, ħafna drabi nies li kienu jsostnu u jħaddnu l-politika ta’ Adrian Delia. Issa donnu li rjus kbar fil-Partit qed jippruvaw iduru fuq ta’ madwaru wkoll u mhux fuqu biss. Donnha hemm l-idea li lilu ma jistgħu jagħmlulu xejn iżjed, aktar milli għamlulu sa issa. Donnu qed jaqtgħu qalbhom li jkissru lil Adrian Delia bħala individwu, bħala persuna, bħala avukat u bħala politiku.

Donnhom qed jirrejalizzaw li bħala bniedem huwa inteliġenti biżżejjed li kapaċi jieqaf fuq saqajh mingħajr ma jkun ta’ tpattija, distruttiv, diviżiv, arroganti, kattiv u spreġjattiv. Adrian Delia qed jiddefendi ruħu b’ċerta kalma, b’għaqal, b’konsistenza, b’determinazzjoni li se jasal biex jikxef l-uċuh mistura u jsemmi eżattament min huma l-idejn moħbija.

Se nagħmel talba skjetta għal din il-kjarifika. Naħseb li hemm bżonn naqtgħu dan il-vizzju li nippontaw subajna lejn minn jista’ jkun, jew jistgħu jkunu, dawk li jinteresshom li jattakkaw biss lil Adrian Delia. Tajjeb li toħroġ fil-miftuh min qed jitfa’ l-ġebla u jaħbi idu. Tajjeb li jibdew jissemmew dawn in-nies ħalli kulħadd ikun jaf min qed joħloq delużament din id-diviżjoni, li qed tkisser lill-Partit Nazzjonalista. Tajjeb li joħorġu fil-beraħ ħalli jieħdu dak li ħaqqhom għax il-partit mhux tagħhom, għax il-partit huwa tat-tesserati, għax id-diviżżjoni dejqet lil kulħadd, għax dan it-tgħajjir u l-bsaten fir-roti qed joħonqu l-entużjażmu ta’ ħafna sostenituri, għax dan l-inkwiet qed iberred lill-partitarji b’tali mod li ħafna qed jikkunsidraw jibqgħu lura milli jersqu lejn il-kmamar tal-votazzjoni.

Nieħu gost tasal dik il-ġurnata li l-partitarji kollha jindividwaw min hi din il-persuna, jew dawk il-persuni, li qed toħloq ħafna dwejjaq politiku, li qed taqsam l-aħwa Nazzjonalisti bejniethom, li qed tberred lis-sostenituri tal-partit, li qed tbiegħed lil kull min hu mdejjaq mill-Gvern preżenti u ma tħallihomx jersqu lejn il-Partit Nazzjonalista, li qed tnissel il-firda flok issib il-għaqda.

Mela b’dan l-artiklu qed nagħmel kuraġġ lil min verament iħobb lil-Partit Nazzjonalista u lil min jaf xi ħaġa dwar dan l-individwu jew individwi, li jersaq ‘l quddiem ħalli jtarraf l-isem jew ismijiet li ħaqqhom jissalbu għal din id-diviżżjoni kollha li qed joħolqu. Kuraġġ ħbieb, ejja nagħmlu dmirna lejn il-Partit tagħna, dmirna lejn pajjiżna u dmirna jekk irridu naraw lill-Partit Nazzjonalista rebbieħ. ż

Żgur li qatt ma nistgħu nerbħu b’dawn id-diviżżjonijiet kollha. Żgur ma nistgħux nimxu ‘l quddiem b’dawn l-attakki fuq xulxin. Allura jekk ngħaqdu dmirna, lil min ħaqqu, nqalftuh ‘l barra u nibdew it-triq tal-għaqda, tal-purifikazzjoni, tal-pożittivita’ u tar-rebħ. Kuraġġ ħbieb. In-Nazzjonalisti kollha jħobbu lill-partit. Ma nistgħux nħallu iżjed lil dawn it-talin ikissru aktar dan il-partit. Iż-żmien qed jagħfas. Irridu nitnaddfu darba għal dejjem.

Leave a Reply

Your email address will not be published.