Storja fil-qosor ta’ kif Repubbika ħadmu kontra Adrian Delia u Alex Borg f’dan l-aħħar jiem

Blog post minn osservatur politiku

Tajjeb li wieħed ma jinsiex l-avvenimenti li seħħew fil-granet li għaddew fil-konfront ta’ Adrian Delia u Alex Borg mill-għaqda Repubblika:

31 ta’ Lulju: preludju

8.40 a.m. – Manwel Delia jagħmel insinwazzjoni falza fuq Adrian Delia marbuta mar-rapport tal-inkjesta ta’ Daphne Caruana Galizia

8.41 a.m. – Adrian Delia jgħid lill Manuel Delia li qed jigdeb

11.09 a.m. – Manwel Delia jirrispondi bis-suppost fatti

4.49 p.m. – Kelliem għal Partit Nazzjonalista jiċħad dak li kiteb Manuel Delia Is-saga tal-messaggi

10 ta’ Awwissu: l-attakk

3.14 p.m. – is-sit Lovin Malta jallega li Adrian Delia ikkunttatja lil Yorgen Fenech waqt dibattitu fuq 17 Black imsejjaħ mill-ex-Kap tal-Partit Nazzjonalista

3.35 p.m. – Adrian Delia jiċħad dak li qed tallega Lovin Malta u jitlob li l-artiklu jiġi rtirat

4.07 p.m. – Ftit minuti wara, Repubblika itenni li Adrian Delia ghandu jirrezenja “dejjem jekk l-allegazzjoni hija minnha”

11 ta’ Awwissu: jisfaxxa l-attakk ta’ Repubblia

11.41 p.m. – Adrian Delia jiftaħ kawża ta’ libel lil-Lovin Malta

1.41 p.m. – Therese Comodini Cachia tikteb fuq Twitter kontra Adrian Delia talli fetaħ libel kontra Lovin Malta fuq allegazzjoni serjissima. Bħal dak li qallu li jkollok allegazzjoni serja ma tistax tiddefendi lilek iniffsek u allura ma tistax tiftaħ libell

3.57 p.m. – Manuel Delia fi blog post jikteb u jwaqqa’ dak li kiteb ġurnata qabel (“dejjem jekk l-allegazzjoni hija minnha”) u jtenni li Lovin Malta għandhom evidenza u Adrian Delia se jitlef il-libell. Jghid ukoll li Adrian Delia qed jintimida lill-ġurnalist bi “SLAPP”. Dan wara li numru ta’ ammiraturi ta’ Repubblika sfidaw lil Adrian Delia biex jiftaħ libell

5.55 p.m. – Alex Borg, kandidat Nazzjonalista Għawdxi jikteb li hu jiddisassoċja lilu nnifsu minn gruppi bħal CSN u Repubblika wara li ta’ l-ewwel tellgħu post, li tneħħiet aktar tard, fuq Facebook jsaqsu: Should a new political party replace the faltering PN as Malta’s main Opposition?

12 ta’ Awwissu: il-konklużjoni

7.38 a.m. – Robert Aquilina, president ta’ Repubblika jikkundanna il-kitba ta’ Alex Borg u jsejjaħlu bħala “attakk Faxxista

Issa jekk xi ħadd jaħseb li dan kollu seħħ b’kumbinazzjoni u ma hemmx koordinament ngħidlu li aħna ma aħniex ngħixu fl-istess pajjiż.

One thought on “Storja fil-qosor ta’ kif Repubbika ħadmu kontra Adrian Delia u Alex Borg f’dan l-aħħar jiem

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *