MattXue2 minn The Times of Malta għandu fake profile bl-isem ta’ Marika Galea
Il-bieraħ t’lura tellajt artiklu dwar xi ħadd li għandu Facebook profile bl-isem ta’ Marika Galea. F’dan l-artiklu jien għidt li din għandha fake profile, jiġifieri din il-mara ma teżistix u li dan l-profile huwa ta’ xi ħadd ieħor. Illum nista’ nżid biċċa oħra. Dan il-fake profile tal-Facebook jgħajjat lil ġurnalista Malti li jaħdem ma’ The Times. Dan għandu email address mattxue2@mail.com.
Dan mattxue2 kkrea dan il-fake profile biex jużah ħa jgħajjar lin-nies u jixtieqilhom li jaqbadhom kanċer. Dan il-ġurnalista jħobb juża dan il-fake profile tiegħu biex jikteb in tandem ma’ fake profile ieħor li hu ta’ Mark Bugeja, li hu ġurnalist ta’ Shift News. Kif ġa spjegajt dan Mark Bugeja seraq Facebook profile ta’ persuna mejta.
Fuq kollox, dan l-email address mattxue2.mail.com hu marbut ma’ The Times of Malta. Mattxue2 juża dan il-fake profile biex joħroġ informazzjoni bi ksur tad-data protection marbuta ma’ deċizzjonijiet tal-qorti fosthom dawk mogħtija mill-maġistrata Rachel Montebello.
Dan hu verament tal-mistħija għaliex il-Ħamis, 6 ta’ Awwissu, The Times of Malta kellha editorjal jakkuża lil dawk bħali li skont dan l-editur, qed jattakkaw il-ġurnalisti. Biss imbagħad hemm xi ħadd f’The Times of Malta li għandu email mattxue2@mail.com li hu marbut ma’ email ieħor ta’ The Times of Malta li jibda bl-ittra “b”. Permezz ta’ dan l-email address mattxue2@mail.com ikkrea fake profile biex jattakka lin-nies u jgħidilhom li sew imutu bil-kanċer. Jattakkaw lin-nies u jgħidulhom li għandhom moħħ marid. Imbagħad kellna tliet imħallfin li għamlu nkjesta biex jipproteġu dan it-tip ta’ ġurnaliżmu.
Min-naħa tiegħi, jien bgħatt messaġġ lil Matthew Xuereb peress li sa fejn naf jien hu l-uniku persuna li hemm f’The Times of Malta li jikkwalifika bħala “mattxue”. Matthew Xuereb ċaħad li huwa Marika Galea. Qed inġib x’qalli Matthew Xuereb.

Biss l-istorja ma tieqafx hawn. Jien bħala storiku nibbaża fuq il-fatti. Darba dħalt fuq dan il-profile li jġib l-isem ta’ Marika Galea u taħtu sibt ir-ritratt ta’ Matthew Xuereb u l-phone number tiegħu. Infatti dan il-phone number kont użajtu biex ikkuntattjatu. Dan hu r-ritratt li sibt.

Qabel stajt tidħol mingħajr problemi f’dan il-profile biss wara li bagħatlu l-messaġġ, b’kumbinazzjoni dan il-profile sar aktar sigur. Biss xorta wara li sar dan it-tibdil, baqa’ jidher li dan hu ta’ xi ħadd li jismu Matthew. Kif għidt ‘il fuq, dan l-account jgħajjat lil xi ħadd li għandu email address mattxue2@mail.com u dan ix xi ħadd hu marbut ma’ The Times of Malta. Min kien qed joperah kien qed jagħmel hekk minn The Times of Malta u jismu Matthew.
Jekk xi ħadd jaħseb li qed niżbalja jew nigdeb, kull ma għandu jagħmel hu li jidħol fis-sistema u jara r-ritratt li hemm taħtu u jikkonferma dak li għidt. Ma għandix dubju, li wara din l-istorja kollox ser jisparrixxi. Bil-wiċċ tost kollu, mattxue2 tella’ ritratt tiegħi ma’ John Borg il-Paddy li ħadna flimkien barra mid-Dar Ċentrali.
Infatti bħala prova min-naħa tiegħi jien erġajt aċċessajt dak il-Facebook account wara li dan il-ġurnalista ta’ The Times biddel ir-ritratt tal-profile u tella’ dan ir-ritratt tiegħi mal-Paddy. Ir-ritratt biddlu għax dak li kellu qabel kien misruq minn profile ta’ mara mir-Russja. Dan kxiftu jien ftit tal-jiem ilu.
Dan it-tibdil fil-ritratt tal-profile sar il-bieraħ t’lura. Issa jekk tħarsu lejn l-immaġni ta’ hawn isfel taraw ir-ritratt il-ġdid li tellagħha l-bieraħ t’lura dik li suppost hija Marika Galea u magħha hemm marbut l-email address mattxue2@mail.com

Biss tistgħu tgħiduli li persuni bl-isem ta’ Matthew Xuereb hemm ħafna f’Malta. Dan jista’ jkun veru. Jista’ jkun qed jippersonifika lil xi ħadd. Biss f’The Times of Malta naħseb wieħed hemm jikkorrispondi mal-isem ta’ dan l-email address. Hawn qed inġib ritratt ieħor biex nuri li dan l-email address ta’ mattxue2@mail.com huwa konness mat-The Times of Malta u dan ġie kkreat wara li nħoloq email address ieħor ġewwa The Times of Malta. L-email address hu ta’ xi ħadd li jibda bil-“b” u għandu ħmistax-il karattru wara din l-ittra ‘b’.

Dan l-email address li jibda bil-“b” u ħmistax-il karattru ieħor miegħu hu kif ġej:
burnemailmatthew@timesofmalta.com
Dan l-account ġie kkreat minn dan Matthew li jaħdem f’The Times of Malta, ħalli jikkrea dan il-fake profile biex jattakka lin-nies u wara li kkrea dan il-fake profile, dan l-email account jidher li ġie mħassar għaliex ma għadux aktar aċċessibbli.
Nerġa nfakkar li l-imħallfin talbu protezzjoni tal-ġurnalisti u dan il-gvern lest li jaġevola l-liġijiet biex il-ġurnalisti jingħataw aktar protezzjoni. Jien naqbel ma’ din il-protezzjoni iżda mhux ma’ dan l-aġir abbużiv.
Hawn qed nitkellmu fuq każ serju fejn xi ħadd minn The Times of Malta kkrea fake profile biex jattakka lin-nies. Dan ix xi ħadd għandu aċċess biex jikkrea email address fid-domain ta’ The Times of Malta.
Daqshekk hemm ħmieġ illum f’The Times of Malta. Verament tal-mistħija. U l-editur ta’ din l-istituzzjoni ġie mistieden mill-imħallfin biex jagħti ix-xiehda tiegħu biex jgħidilna li l-ġurnalisti qed ikunu attakkati meta huwa qed imexxi istituzzjoni li fi ħdana hemm mill-inqas persuna waħda li ħolqot fake profile biex tattakka u tgħajjar lin-nies, u tabbuża mill-kuntatti li għandha fil-qrati tal-ġustizzja tagħna jekk mhux ukoll tikkonfoffa ma’ maġistrata partikolari u li qegħda fl-aħbarijiet.
Dan il-ħmieġ kollu ħiereġ illum mit-The Times of Malta.
Dak il gurnalismu li ghanda Malta.