Jeremy Cardona jiddefendi d-dagħa u l-kliem baxx waqt logħba futbul

Il-bieraħ tellajt video fejn fih jidher Jason Azzopardi jgħajjar lil-linesman u miegħu hemm nies jitkellmu ħażin u baxx. Jason Azzopardi l-anqas indejna jsikkithom basta tal-Opus Dei!

Jeremy Cardona, preżentur Nazzjonalista ħareġ jiddefendih u ddefenda d-dagħa u l-kliem ħażin. Dan hu dak li kiteb Jeremy Cardona.

Biss kif qalulu jekk wieħed jisma’ sew x’qal Jason Azzopardi lejn l-aħħar, wieħed jista’ jagħmel il-ġudizzju tiegħu.

Dak li skantani li Jeremy Cardona spiċċa jiddefendi d-dagħa u l-kliem baxx, għaliex taf inti dan hu dejjem permessibbli la darba qed jingħad fil-ground. Għalija t-tgħajjir u kliem baxx u dagħa huma dejjem ħażina isiru meta jsiru u jingħaddu f’liema kuntest jingħaddu.

B’hekk il-kampargun li Jeremy Cardona għamel mar-rużarju ma jreġġix. Jingħad f’liema kuntest jingħad, ir-rużarju dejjem tajjeb jibqa’ u d-dagħa dejjem ħażin.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *