Il-Partit Nazzjonalista ma jistax jibqa’ jħares b’mod ta’ superjorita’ lejn l-elettorat Laburista

Blog post minn osservatur politiku

Hemm diversi raġunijiet għaliex il-Partit Nazzjonalista, mill-2008 lil hawn, tilef dik l-imħabba tal-votant u għadu sal-lum ma sabx dik in-niċċa li tqanqal l-elettorat jerġa’ jaqbad it-triq warajh. Xi ħaġa li l-esponenti tal-Partit Nazzjonalista għadhom ma daħluhiex f’rashom hija, li ma tistax tara bħala għadu lil min ivvota lill-partit oppost. Ma tistax tibqa’ tħares lejn dawn in-nies bi stmerrija jekk int trid tattira l-vot tagħhom, speċjalment dawk li għadhom mhux deċiżi.

Għalkemm kulħadd jaf li l-klassi tal-ħaddiema għadhom marbutin mal-Partit Laburista, xorta ma tridx tibqa’ tħares lejn dawn in-nies b’xi dispreżż. Anke l-kritika trid tkun magħmula b’tali mod li ma toħnoqx il-kelma tagħhom, imma trid tkun magħmula b’intelliġenza u magħha offrut triq itjeb. Jagħmlu tajjeb jiftakru, l-esponenti tal-Partit Nazzjonalista u dawk li għandhom dritt jitkellmu minn flokhom, li fost dawk in-nies li ma humiex deċiżi, hemm ħafna minnhom li kienu votanti Nazzjonalisti u biddlu ħsiebhom. Allura jekk tibqa’ tuża kliem iebes, jibgħatuk tixxejjer tista’ u mhux jivvutawlek.

Illum tifhmu għala jien wieħed min dawk li nikteb li Repubblika, Occupy Justice, CSN u Manwel Mallia spiċċaw mażra ma’ għonq il-Partit Nazzjonlista u dawn mhux qegħdin jiġbdu voti lejn il-PN iżda qed ikomplu jfaqqruh.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *