Il-miżuri tal-Covid19 mitqiesha biex joqtlu l-festi

Qed inġib post li tella’ sieħbi Ivan Delia. Lil Ivan Delia nafu personalment u naf kemm iħobb il-festi. U għandu raġun f’li qed jgħid. Mela quddiesa barra hija perikoluża u tista’ xxerred il-Covid19 u mbagħad Marsaxlokk u l-bajjiet mimlijiet nies fuq xulxin. Allura l-Covid19 possibli jiġri biss fil-pjazza tal-Qrendi u ġo Marsaxlokk u fuq il-bajjiet ma jiġrix?

Ħalluna u mbagħad id-Dipartiment tas-Saħħa jrid jgħidilna li dawn huma miżuri xjentifiċi. Nieħu gost li llum in-nies qed jindunaw bl-ingann u l-abbuż li hemm wara dawn il-miżuri.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *